Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Inizjattivi fil-qasam tal-edukazzjoni ekoloġika

L-Unjoni Ewropea (UE) qed tħeġġeġ u tappoġġja lis-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jieħu azzjoni favur futur aktar ekoloġiku u aktar sostenibbli, u biex jibni l-kompetenzi tal-istudenti fir-rigward tas-sostenibbiltà.

L-appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u għal dik diġitali huwa qasam ta’ prijorità għall-kooperazzjoni politika tal-UE fl-edukazzjoni.

Sfidi ewlenin

  • minkejja l-progress li sar, l-apprendiment rigward is-sostenibbiltà spiss jiddependi fuq skejjel jew għalliema individwali, u dan jillimita l-impatt usa’ tiegħu (Education and Training Monitor, 2024)
  • 42% biss taż-żgħażagħ jiddikjaraw li kellhom opportunità sinifikanti biex l-iskola jitgħallmu dwar is-sostenibbiltà (Education and Training Monitor, 2024)
  • l-għalliema jsemmu n-nuqqas ta’ ħin, ta’ spazju, u ta’ gwida u riżorsi xierqa biex jintegraw is-sostenibbiltà fit-tagħlim tagħhom (European Commission staff working document, 2024)
  • 84% taż-żgħażagħ jemmnu li s-sostenibbiltà hija importanti iżda inqas minn terz minnhom jieħdu azzjoni favur is-sostenibbiltà fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum (Education and Training Monitor, 2024)
  • l-iskejjel jiffaċċjaw żieda fit-tfixkil minħabba t-tibdil fil-klima u avvenimenti meteoroloġiċi estremi, inklużi l-għargħar u ż-żieda fit-temperaturi (World Bank report, 2024)
  • bosta żgħażagħ huma ħerqanin għal studji u karrieri f’setturi relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika iżda ma jafux bl-opportunitajiet disponibbli għalihom (OECD working paper, 2024)

Last updated: