Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Hello, a quick survey is waiting for you.

Help us improve this site by taking our quick survey. It won't take more than a few minutes.

Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali – Azzjoni 6

Linji gwida etiċi għall-edukaturi dwar l-użu tal-IA u d-data fit-tagħlim u l-apprendiment

Illum, is-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali (IA) huma parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Hekk kif ikomplu jevolvu u jiżdied l-użu tad-data, huwa importanti ħafna li jiġi żviluppat fehim aħjar tal-impatt tagħhom fuq id-dinja ta’ madwarna, inklużi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ.

L-IA għandha potenzjal kbir biex tittrasforma l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-istudenti, l-għalliema u l-istaff tal-iskejjel. Dan jista’, pereżempju, jgħin biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola, biex jikkumpensa għad-diffikultajiet fl-apprendiment u biex jappoġġja lill-għalliema b’tagħlim differenzjat jew individwalizzat permezz ta’ applikazzjonijiet għall-apprendiment tal-lingwi, ġeneraturi mit-test għad-diskors, mentors tal-IA għall-istudenti u aktar.

Waqt li qed iseħħ dan, hemm ħtieġa dejjem tikber li r-riċerkaturi, l-edukaturi u l-istudenti jkollhom fehim bażiku tal-IA u tal-użu tad-data sabiex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod pożittiv, kritiku u etiku b’din it-teknoloġija u jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħha.

Għanijiet

Biex tgħin lill-għalliema u lill-edukaturi jifhmu l-potenzjal li għandhom l-applikazzjonijiet tal-IA u l-użu tad-data fl-edukazzjoni u biex titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji possibbli, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat linji gwida etiċi dwar l-użu tal-IA u tad-data fit-tagħlim u l-apprendiment.

Il-Kummissjoni se tappoġġja attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni relatati permezz tal-programm Orizzont Ewropa u se tiżviluppa programm ta’ taħriġ għar-riċerkaturi u l-istudenti dwar l-aspetti etiċi tal-IA u l-użu tad-data.

Attivitajiet ewlenin

Biex tgħin fl-indirizzar ta’ dawn l-isfidi, f’Ottubru 2022 il-Kummissjoni ppubblikat linji gwida etiċi għall-edukaturi dwar l-użu tal-IA u tad-data fit-tagħlim u l-apprendiment.

Il-linji gwida jipprovdu appoġġ prattiku u gwida l-aktar għall-għalliema tal-primarja u tas-sekondarja bi ftit esperjenza jew mingħajr esperjenza preċedenti fl-użu tal-IA. Bl-użu ta’ eżempji konkreti, il-linji gwida jfittxu li

  • jispjegaw kif l-IA tintuża fl-iskejjel
  • jgħinu lill-għalliema u lill-istudenti fit-tagħlim u l-apprendiment tagħhom
  • jappoġġjaw sistemi u proċessi amministrattivi f’ambjenti edukattivi
  • jippreżentaw il-kunsiderazzjonijiet u r-rekwiżiti etiċi li jirfdu l-linji gwida

Il-linji gwida u s-sommarju eżekuttiv ġew żviluppati bl-appoġġ ta’ grupp informali ta’ esperti tal-Kummissjoni li laqqa’ flimkien l-għarfien espert mill-edukazzjoni u l-akkademja. Il-Komunità tal-eTwinning (stħarriġ u grupp fokali) u l-grupp ta’ ħidma dwar l-apprendiment, it-taħriġ u l-valutazzjoni tal-edukazzjoni diġitali (DELTA) ġew ikkonsultati matul il-fażi ta’ tħejjija tar-rapport u l-linji gwida, kif ukoll diversi Direttorati Ġenerali oħra tal-Kummissjoni, inkluż iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tagħha.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-linji gwida fl-iskeda informattiva, fl-infografika u fil-filmat qasir ta’ spjegazzjoni hawn taħt.

Attivitajiet oħra bħala parti minn din l-azzjoni

Attivitajiet oħra bħala parti mill-Azzjoni 6 jinkludu

  • appoġġ għal attivitajiet rilevanti taħt Orizzont Ewropa, inklużi:
    • sejħa għal proposti għal taħriġ – “HORIZON-WIDERA-2021-ERA-01-91: L-iżgurar tal-affidabbiltà u l-fiduċja fil-kwalità tal-għarfien espert dwar l-etika tar-riċerka fil-kuntest ta’ teknoloġiji ġodda/emerġenti”
    • sejħa għal realtà estiża fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Riżultati/prestazzjonijiet mistennija

  • il-promozzjoni tal-użu etiku tal-IA u tad-data għat-tagħlim u l-apprendiment
  • it-tisħiħ tal-ħiliet u tal-għarfien dwar “l-etika skont id-disinn għall-IA” fost l-istudenti u r-riċerkaturi universitarji, akkumpanjat minn mira ta’ parteċipazzjoni ta’ 45% tan-nisa f’attivitajiet ta’ taħriġ
  • l-inkoraġġiment tal-użu tar-realtà estiża fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Outputs

  • Linji gwida etiċi għall-edukaturi dwar l-użu tal-IA u d-data fit-tagħlim u l-apprendiment
  • Sommarju eżekuttiv tar-rapport tal-grupp ta’ esperti biex jikkontribwixxi u jħejji l-linji gwida. Is-sommarju eżekuttiv dalwaqt se jkun disponibbli bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bil-Bulgaru.

Kronoloġija

  • Lulju 2021-Ġunju 2022 – laqgħat tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni
  • Ottubru 2022 – tnedija tal-linji gwida etiċi għall-edukaturi dwar l-użu tal-IA u d-data fit-tagħlim u l-apprendiment
  • Sa tmiem l-2021 – tnedija tas-sejħa għall-proposti ‘HORIZON-WIDERA-2021-ERA-01-91: L-iżgurar tal-affidabbiltà u l-fiduċja fil-kwalità tal-għarfien espert dwar l-etika tar-riċerka fil-kuntest ta’ teknoloġiji ġodda/emerġenti”
  • Sa tmiem l-2021 – tnedija tas-sejħa għal realtà estiża (XR - extended reality) fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Finanzjament

Din l-azzjoni hija ffinanzjata mill-programmi tal-UE Erasmus+ u Orizzont Ewropa.

Ikkuntattjana

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar din l-azzjoni, tista’ tikkuntattjana permezz tal-email fuq EAC-DIGITALEDUCATION@ec.europa.eu.

Segwi lil @EUDigitalEdu għall-aħħar aħbarijiet u żviluppi dwar din l-azzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali kollu.

 

Kontenut relatat