Linji gwida etiċi għall-edukaturi dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali
Huwa importanti li nifhmu x’inhuma l-konsegwenzi tal-fatt li l-intelliġenza artifiċjali (IA) qed tkompli tevolvi u qed jinstabu użi ġodda għad-data tagħna. L-IA fl-edukazzjoni m’għadhiex idea futuristika, iżda saret realtà li qiegħda dejjem tinfirex. L-użu tal-IA biex tgħin fit-tagħlim tal-lingwi barranin huwa biss eżempju wieħed.
L-IA għandha potenzjal kbir biex ittejjeb l-edukazzjoni, iżda neħtieġu analiżi aktar fil-fond tal-implikazzjonijiet, inkluż ta’ kwalunkwe kwistjoni etika li tista’ tinqala’.
X’inhuma l-għanijiet?
Il-Kummissjoni Ewropea trid li n-nies isiru jafu aktar dwar l-użu tal-IA u tad-data fl-edukazzjoni u tiġbed l-attenzjoni għall-possibbiltà ta’ riskji, anki etiċi. Għandha l-għan li tipprovdi gwida għall-użu xieraq tal-IA fl-edukazzjoni.
X’qed tagħmel il-Kummissjoni?
Fl-2022 ippubblikajna linji gwida dwar l-użu etiku tal-IA u tad-data fit-tagħlim u fl-apprendiment. Dawn ġew żviluppati minn grupp ta’ esperti fl-edukazzjoni u fl-IA fuq il-bażi tar-rispons li ġbarna minn konsultazzjoni li għamilna.
Il-linji gwida joffru sostenn prattiku u gwida, l-aktar għall-għalliema tal-primarja u tas-sekondarja bi ftit jew ebda esperjenza fl-użu tal-IA.
Il-linji gwida għandhom l-għan li:
- jispjegaw kif l-IA tista’ tintuża fl-iskejjel
- jgħinu lill-għalliema u lill-istudenti biex jużaw l-IA fit-tagħlim u l-apprendiment tagħhom
- jiddiskutu l-kunsiderazzjonijiet etiċi li jirfdu l-linji gwida
- joffru sostenn biex jiġu żviluppati sistemi u proċessi amministrattivi
Il-linji gwida fihom ukoll sensiela ta’ mistoqsijiet dwar il-kunsiderazzjonijiet etiċi u prattiċi tal-użu tal-IA u tar-riżorsi bbażati fuq id-data u jagħtu pariri dwar kif dawn jiġu adattati għal skopijiet edukattivi differenti.
Il-linji gwida kif se jgħinuk fil-klassi?
Ara l-filmat promozzjonali
X’benefiċċji prattiċi oħrajn se jkun hemm?
- aktar għarfien dwar l-użu etiku tal-IA u tad-data fit-tagħlim u fl-apprendiment
- użu akbar tal-IA fl-edukazzjoni u fit-taħriġ
Finanzjament
Din l-azzjoni hija ffinanzjata mill-programmi tal-UE Erasmus+ u Orizzont Ewropa.