Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali – Azzjoni 3

Qafas Ewropew tal-Kontenut tal-Edukazzjoni Diġitali

L-użu tal-kontenut diġitali għal finijiet edukattivi mhuwiex xi suġġett ġdid, iżda l-pandemija tal-COVID-19 aċċellerat b’mod rapidu l-produzzjoni u l-użu ta’ riżorsi bħal dawn.

Fl-istess ħin, bit-trasformazzjoni diġitali li għaddejja bħalissa, qed nosservaw trasformazzjoni profonda tad-drawwiet fl-użu tal-kontenut tal-edukazzjoni diġitali, kemm fost l-atturi fuq in-“naħa tal-provvista” – l-industrija u s-settur pubbliku – kif ukoll fuq in-“naħa tad-domanda” – l-għalliema, l-istudenti u t-tfal tal-iskola.

It-tranżizzjoni diġitali qed iġġib ħafna bidliet

  • il-kontenut tal-edukazzjoni diġitali qed isir aktar kreattiv, attraenti , interattiv u inkorporat f’formati differenti
  • l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda, bħar-realtà immersiva u l-intelliġenza artifiċjali (IA), qed jgħinu biex iwasslu tipi ġodda ta’ kontenut edukattiv
  • hemm żieda esponenzjali fil-produzzjoni tal-kontenut tal-edukazzjoni diġitali

L-isfidi tat-tranżizzjoni diġitali

Flimkien ma’ dawn l-iżviluppi jiġu l-isfidi li ġejjin

  • il-pjattaformi diġitali u l-algoritmi tagħhom jistgħu jaġixxu bħala “gwardjani” tal-kontenut tal-edukazzjoni diġitali, li potenzjalment iħallu impatt fuq l-aċċess għal dawn ir-riżorsi b’modi differenti
  • huwa aktar diffiċli għall-utenti biex jivverifikaw il-kwalità u l-affidabbiltà tar-riżorsi tal-edukazzjoni diġitali mill-kontenut tradizzjonali
  • il-preservazzjoni fit-tul ta’ dawn ir-riżorsi edukattivi
  • ir-riskji taċ-ċibersigurtà, tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza elettronika

Sfidi oħra jinkludu

  • in-nuqqas ta’ data u analiżi dwar is-sitwazzjoni li għaddejja u l-bidliet (potenzjali) li jirriżultaw minnha
  • l-identifikazzjoni flimkien mal-partijiet ikkonċernati ta’ oqsma ta’ prijorità għall-appoġġ mill-Unjoni Ewropea (UE) biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni
  • il-promozzjoni tal-multilingwiżmu u d-diversità kulturali f’suq globalizzat u l-prevenzjoni tal-esklużjoni tat-tfal tal-iskola f’sitwazzjonijiet żvantaġġati
  • il-ħolqien konġunt ta’ soluzzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati li jilqgħu u li jistgħu jiġu implimentati bis-sħiħ

Objettiv

L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li jiġu identifikati l-oqsma li fihom l-azzjoni tal-UE ġġib valur miżjud u biex jinstabu l-aktar soluzzjonijiet effettivi permezz ta’ ħidma mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati.

Attivitajiet ewlenin u riżultati mistennija

Matul l-2022 u l-2023, il-Kummissjoni Ewropea se tistabbilixxi proċess ta’ djalogu intensiv mal-partijiet ikkonċernati, inklużi laqgħat bilaterali u komunità ta’ prattika, biex tiżgura li l-atturi kollha jħossu li għandhom sjieda tas-soluzzjonijiet proposti u li l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom tkun tista’ tinkiseb.

Fl-2022 se jitnieda studju ddedikat. Dan l-istudju se jqis il-ħtiġijiet tal-istudenti, tal-edukaturi u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll il-provvista ta’ kontenut tal-edukazzjoni diġitali.  Dan jevalwa wkoll l-impatti tal-pandemija tal-COVID-19, tat-trasformazzjoni diġitali u tal-innovazzjoni teknoloġika fuq l-edukazjzoni.

Qafas Ewropew għall-Kontenut tal-Edukazzjoni Diġitali

Dawn l-attivitajiet se jirriżultaw f’kumbinazzjoni ta’ miżuri fil-forma ta’ Qafas Ewropew għall-Kontenut tal-Edukazzjoni Diġitali, b’soluzzjonijiet maħluqa b’mod konġunt u li se jintlaqgħu mill-partijiet ikkonċernati.

Pjattaforma Ewropea ta’ skambju għall-kontenut tal-edukazzjoni għolja u d-data edukattiva

Inizjattiva oħra taħt l-Azzjoni 3 tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali hija l-ħolqien ta’ Pjattaforma Ewropea ta’ skambju għall-kontenut tal-edukazzjoni għolja u d-data edukattiva. L-għan tal-pjattaforma Ewropea ta’ skambju huwa li tappoġġja kooperazzjoni transnazzjonali aktar profonda bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u li tippromwovi l-iskambju ta’ kontenut u data edukattiva.

Skeda taż-żmien

  • 2022-2023 – implimentazzjoni tal-istudju li jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-Qafas Ewropew tal-Kontenut tal-Edukazzjoni Diġitali
  • 2022 – fażi preparatorja lejn it-tnedija ta’ pjattaforma Ewropea ta’ skambju għall-Edukazzjoni Għolja

L-Azzjoni 3 tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali hija ffinanzjata mill-programm Erasmus+ tal-UE.

Ikkuntattjana

Jekk tixtieq tkun taf iktar dwar din l-azzjoni, tista’ tikkuntattjana permezz tal-email fuq EAC-DIGITALEDUCATION@ec.europa.eu.

Segwi lil EUDigitalEducation fuq Twitter għall-aħħar aħbarijiet u żviluppi dwar din l-azzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali kollu.

 

Kontenut relatat

Addressing these challenges

Since 2022, the European Commission put in place an intensive stakeholder dialogue process. This included bilateral meetings and a community of practice, to ensure that all actors have ownership of the proposed solutions and that their full implementation is achievable.

In November 2023, the Council recommended that EU countries, stakeholders and the European Commission work together to provide quality requirements and create guidelines for better digital education content. This aims to help countries assess and improve the quality, safety, trustworthiness, and inclusiveness of digital education materials.

Working group on higher education interoperability framework

The Digital Education Hub runs a working group of over 130 professionals and experts to develop the framework for higher education interoperability.

The framework seeks to enhance collaboration and efficiency within European universities by establishing common standards and protocols for data exchange in teaching and learning systems.

The working group plans to release the framework by February 2025.

Timeline

  • 2022-2023
    • Preparatory study contributing to a European Digital Education Content Framework
    • Preparatory phase toward the launch of a European exchange platform for Higher Education
  • 2024-2025

    Set-up of the Digital Education Content Expert Group to provide guidelines, quality requirements and criteria

  • June 2024

    Presentation of the framework design, collaboratively created by the Higher Education Interoperability Working Group

  • February 2025

    Release of the Higher Education Interoperability Framework

Get in touch