Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-forniment ta’ ħiliet diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ
Il-progress teknoloġiku qajjem b’mod esponenzjali l-ħtieġa għall-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fil-livelli kollha fl-ekonomija u s-soċjetà kollha. Madankollu, il-livelli ta’ ħiliet diġitali għadhom insuffiċjenti.
Il-miri ambizzjużi stabbiliti bħala parti mill-Kumpass Diġitali 2030 u fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ jimmiraw fuq il-livell tal-ħiliet diġitali għal gruppi differenti ta’ ċittadini – pereżempju, professjonisti li jaħdmu, adulti u żgħażagħ.
Dawn l-inizjattivi jirrikjedu li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ isaħħu l-isforzi biex jipprovdu ħiliet u kompetenzi diġitali lil kemm jista’ jkun studenti minn età aktar bikrija.
Għanijiet
L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) jiffaċċjaw kwistjonijiet komuni relatati mal-livell ta’ ħiliet diġitali tal-popolazzjonijiet tagħhom u l-kapaċità tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom li jappoġġjaw lill-istudenti biex jiżviluppaw il-kompetenzi diġitali li jeħtieġu biex jgħixu, jaħdmu u jitgħallmu.
Titjib tal-forniment tal-ħiliet diġitali
Sabiex l-Ewropej jingħataw is-setgħa li jiżviluppaw ħiliet diġitali bażiċi, intermedji u avvanzati permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Kummissjoni Ewropea se tiżviluppa proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-forniment ta’ ħiliet diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ.
L-inizjattiva se tartikola l-passi meħtieġa biex jiġi promoss l-iżvilupp tal-kompetenzi diġitali minn età bikrija u fl-istadji kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Din se tinkludi l-użu tal-għodod tal-UE biex isir investiment fl-iżvilupp professjonali tal-għalliema.
Ir-Rakkomandazzjoni se tħeġġeġ ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar metodi ta’ struzzjoni, inkluż enfasi fuq edukazzjoni tal-informatika ta’ kwalità għolja fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, it-trawwim ta’ djalogu mas-soċejtà ċivili u mal-industrija dwar l-identifikazzjoni u l-issodisfar ta’ ħtiġijiet ta’ ħiliet ġodda u emerġenti.
Attivitajiet ewlenin
- Ir-rapport taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) “Reviewing Computational Thinking in Compulatory Education” (Rieżami tal-Merspettiva Kompjuterizzata fl-Edukazzjoni Obbligatorja) (ippubblikat f’Marzu 2022)
- Studju tal-Eurydice dwar “Informatics in School Education” (Informatika fl-Edukazzjoni fl-Iskejjel) (Settembru 2022)
- proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-forniment ta’ ħiliet diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ (Kwart 1 2023)
Riżultati mistennija
- tipproponi perkorsi għall-forniment koerenti ta’ ħiliet diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ
- toħloq gwida dwar l-informatika bħala suġġett, inklużi l-prinċipji, il-kunċetti u l-prattiki tagħha fit-tagħlim u l-apprendiment
- toħloq ftehim dwar viżjoni koerenti u terminoloġija kondiviża relatata mal-provvista ta’ informatika lill-istudenti kollha fl-Ewropa
- tikkontribwixxi għall-objettivi tal-miri tal-ħiliet diġitali tal-Kumpass Diġitali u taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni billi tinfluwenza b’mod pożittiv il-livell tal-ħiliet diġitali taċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll l-għadd ta’ studenti u studenti rġiel u nisa li se jikkunsidraw karriera fis-settur tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT)
Kronoloġija
- Ottubru 2021 - Marzu 2022 – l-aġġornament tar-rapport tal-JRC dwar il-ħsieb komputazzjonali
- Marzu - Settembru 2022 – it-twettiq ta’ konsultazzjonijiet immirati mal-partijiet ikkonċernati
- Settembru 2022 – il-pubblikazzjoni ta’ Rapport Eurydice dwar l-informatika fl-edukazzjoni skolastika
- Jannar - Marzu 2023 – il-proposta ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-forniment ta’ ħiliet diġitali
Finanzjament
Din l-azzjoni hija ffinanzjata mill-programm Erasmus+ tal-UE.
Ikkuntattjana
Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar din l-azzjoni, tista’ tikkuntattjana b’email fuq EAC-DIGITALEDUCATION@ec.europa.eu.
Segwi EUDigitalEducation fuq Twitter għall-aħħar aħbarijiet u żviluppi dwar din l-azzjoni u dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitalikollu.