Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali – Azzjoni 1

Il-promozzjoni ta’ edukazzjoni diġitali aċċessibbli, ta’ kwalità għolja u inklużiva għandha tkun sforz komuni mas-soċjetà kollha.

Jeħtieġ li l-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, is-settur privat u l-pubbliku, kollha kemm huma, ikunu impenjati biex jipprovdu ekosistema tal-edukazzjoni diġitali bi prestazzjoni għolja. 

Bħala tali, it-trasformazzjoni diġitali b’suċċess tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tmur lil hinn mill-korpi u l-istituzzjonijiet tal-gvern responsabbli għall-edukazzjoni u teħtieġ approċċ integrat tal-gvern kollu f’għadd ta’ oqsma ta’ politika differenti. 

Din l-azzjoni għandha l-għan li tartikola l-passi li jeħtieġ li jittieħdu biex jitwettqu l-fatturi abilitanti ewlenin strumentali biex l-edukazzjoni diġitali ssir realtà għal kulħadd. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal

  • l-indirizzar tan-nuqqasijiet fil-konnettività u fit-tagħmir
  • l-appoġġ għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien dwar kif jadattaw u jiddiġitalizzaw b’mod inklużiv
  • l-indirizzar ta’ kwistjonijiet relatati mal-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà ta’ teknoloġiji ta’ assistenza
  • it-tħeġġiġ tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) biex irawmu djalogu aktar mill-qrib bejn il-partijiet ikkonċernati mill-ekonomija kollha u bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ
  • it-tħeġġiġ tal-Istati Membri biex jiżviluppaw linji gwida għall-pedagoġija diġitali

Objettivi

  • l-identifikazzjoni tal-passi li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-edukazzjoni, l-investiment, ir-riċerka u l-innovazzjoni biex tiġi pprovduta edukazzjoni diġitali ta’ kwalità għolja u inklużiva għall-istudenti kollha mal-Ewropa kollha
  • l-iskambju ta’ ideat u għarfien espert dwar kif l-aħjar li jinkisbu riżultati fir-rigward tal-faċilitaturi ewlenin ta’ edukazzjoni diġitali effettiva u inklużiva
  • l-appoġġ lill-Istati Membri tal-UE fit-trasformazzjoni diġitali tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom permezz tal-promozzjoni ta’ impenn konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE 

Attivitajiet ewlenin

  • it-tnedija ta’ proċess ta’ riflessjoni strateġika mal-Istati Membri tal-UE
  • l-organizzazzjoni ta’ diversi laqgħat tematiċi dwar il-fatturi abilitanti għal edukazzjoni diġitali ta’ suċċess
  • l-abbozz ta’ proposta possibbli għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-fatturi abilitanti għal edukazzjoni diġitali ta’ suċċess

Riżultati mistennija

  • żieda fl-impenn politiku tal-Istati Membri lejn l-iffaċilitar ta’ edukazzjoni diġitali effettiva u inklużiva
  • sensibilizzazzjoni tal-fatturi ewlenin għas-suċċess tat-trasformazzjoni diġitali tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ
  • ilħiq ta’ qbil dwar proposta possibbli għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-fatturi abilitanti għal edukazzjoni diġitali ta’ suċċess (għandu jiġi kkonfermat)

Kronoloġija

  • Sa tmiem l-2021 – tnedija tad-Djalogu Strateġiku 
  • Sa tmiem l-2022 – adozzjoni possibbli ta’ Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-fatturi abilitanti għal edukazzjoni diġitali ta’ suċċess

Finanzjament

Din l-azzjoni hija ffinanzjata mill-Programm Erasmus+ tal-UE.

Ikkuntattjana

Jekk tixtieq tkun taf iktar dwar din l-azzjoni, tista’ tikkuntattjana permezz tal-email
EAC-DIGITALEDUCATION@ec.europa.eu.

Segwi lil @EUDigitalEdu fuq Twitter għall-aħħar aħbarijiet u żviluppi dwar din l-azzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali kollu. 


Immaġni tal-header: © L-Unjoni Ewropea, 2021.