Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Klassijiet multilingwi

L-importanza tal-multilingwiżmu fl-iskejjel 

Fl-UE, it-tfal migranti jġibu numru kbir ta’ lingwi u ħiliet lingwistiċi fil-klassi. Dan huwa vantaġġ potenzjali għall-individwu, l-iskejjel u s-soċjetà.

Filwaqt li ċ-ċifri jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri tal-UE – minn 1% fil-Polonja għal 40% fil-Lussemburgu – fl-UE kollha kemm hi, ftit inqas minn 10% tal-istudenti kollha jitgħallmu b’lingwa differenti mil-lingwa materna tagħhom. 

Dan iqajjem il-kwistjoni dwar kif l-aħjar jiġi sfruttat il-potenzjal li jinsab fid-diversità lingwistika tal-UE. Hemm evidenza li t-tfal migranti b’mod ġenerali ma jmorrux tajjeb fil-ħiliet bażiċi daqs sħabhom. 

L-iskejjel għandhom jadattaw il-metodi ta' tagħlim biex jirrelataw mal-isfondi lingwistiċi u kulturali tat-tfal b’mod pożittiv biex b’hekk dawn l-istudenti jkunu jistgħu jirnexxu fl-iskola.

X’qed tagħmel l-UE biex tippromwovi l-klassijiet multilingwi?

Il-Kummissjoni qed taħdem flimkien mal-Istati Membri tal-UE biex jidentifikaw strateġiji ta’ suċċess għat-tagħlim tal-lingwi f’ambjenti multilingwi u biex jiffaċilitaw il-qsim tal-aħjar prattiki fil-qasam. Ir-riżultati ta' din il-kollaborazzjoni u ta' studji komprensivi dwar is-suġġett jinsabu fir-rapport tal-Kummissjoni - It-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwa fi klassijiet multilingwi

Bħala segwitu għal dan ir-rapport u bħala kontribut għar-reviżjoni tal-Qafas tal-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, ġew organizzati serje ta’ sessjonijiet ta’ ħidma tematiċi u Attivitajiet ta’ Tagħlim bejn il-Pari dwar l-integrazzjoni ta’ tfal migranti permezz tal-edukazzjoni skolastika. 

Il-grupp ipproduċa żewġ rapporti, Reviżjoni tal-edukazzjoni dwar il-lingwi u d-diversità lingwistika fl-iskejjel u Il-Migranti fl-iskejjel Ewropej: It-tagħlim u ż-żamma tal-lingwi.

X’inhuma l-passi li jmiss?

Il-programm Erasmus+ joffri opportunitajiet ġodda, bħall-esperimentazzjoni ta' politika u sħubijiet fuq skala kbira, biex jiġu żviluppati strateġiji ġodda għat-tagħlim tal-lingwi fi klassijiet multilingwi.

Flimkien mal-Kunsill tal-Ewropa u ċ-Ċentru għal-Lingwi Moderni tiegħu, il-Kummissjoni se ssostni l-iżvilupp u t-tixrid ta' metodi ġodda għat-tagħlim tal-lingwi fi klassijiet multilingwi

Bħala parti mill-istrateġija għall-professjonijiet tat-tagħlim ġenerali tal-Kummissjoni, se jiġu żviluppati riżorsi u appoġġ għall-għalliema li jaħdmu ma' studenti ta' nazzjonalitajiet differenti.