Is-SELFIE tinvolvi studenti, għalliema u mexxejja tal-iskejjel f’riflessjoni kollettiva dwar l-użu tat-teknoloġija. Ir-riżultati tagħha jistgħu jitfgħu dawl fuq kwistjonijiet li jinkludu:
- f’liema oqsma tintuża t-teknoloġija b’mod effettiv u fejn tista’ titjieb l-iskola?
- l-iskola għandha viżjoni dwar kif trid tuża t-teknoloġija u, jekk iva, l-istaff u l-istudenti jafu x’inhi?
- liema tip taħriġ hu meqjus ta' benefiċċju mill-għalliema?
- fejn għandu jiġi allokat il-finanzjament?
Is-SELFIE tista’ tgħin lil skola tagħmel deċiżjonijiet infurmati billi tirrevedi u ttejjeb kontinwament kif it-teknoloġiji diġitali jintużaw għat-tagħlim, l-apprendiment u l-valutazzjoni.
Is-SELFIE hija:
- b’xejn
- tista’ tiġi personalizzata
- disponibbli f’30 lingwa
- faċli biex biha jsiru l-mistoqsijiet u jiġu mwieġba
- privata - ma tinġabar l-ebda data personali
- iddisinjata u ttestjata ma’ skejjel fl-Ewropa kollha