Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Assigurazzjoni tal-kwalità

Għaliex hu importanti li jkun hemm assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni skolastika? 

L-assigurazzjoni tal-kwalità tinvolvi r-reviżjoni sistematika tad-dispożizzjoni dwar l-edukazzjoni biex tinżamm u titjieb il-kwalità, l-ekwità u l-effiċjenza tagħha. Dan jinkludi l-awtoevalwazzjoni fl-iskejjel, l-evalwazzjoni esterna (inkluża l-ispezzjoni), l-evalwazzjoni tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskejjel, u l-valutazzjonijiet tal-istudenti.

L-iżvilupp ta’ sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità b’saħħithom hu kruċjali biex tiġi appoġġjata l-edukazzjoni inklużiva ta’ kwalità għolja f’Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Hu importanti wkoll li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim.

Barra minn hekk, l-assigurazzjoni tal-kwalità hi vitali biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-iffaċilitar tal-mobbiltà tal-istudenti fl-Ewropa kollha, b’mod partikolari permezz ta’ trasparenza u fiduċja msaħħa. L-assigurazzjoni tal-kwalità wkoll għandha rwol ewlieni fl-appoġġ tar-rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki sekondarji għolja u l-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż.

X’qed tagħmel l-UE biex tappoġġja l-azzigurazzjoni tal-kwalità?

Il-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri tal-UE biex jiżviluppaw aktar is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom permezz tal-attivitajiet tal-Grupp ta’ Ħidma Edukazzjoni u Taħriġ ET 2020 dwar l-Iskejjel. Dan il-Grupp hu magħmul minn esperti minn gvernijiet nazzjonali tal-UE u organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. 

Il-grupp jiltaqa’ regolarment biex jeżamina aspetti speċifiċi ta’ politiki marbuta mal-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni, biex jiddiskuti l-isfidi komuni u biex jiskambja l-aħjar prattiki. Il-Grupp ta’ Ħidma pprovda gwida għal dawk li jfasslu l-politika dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità għall-iżvilupp tal-iskola. Hu pproduċa wkoll rapport dwar l-appoġġ għall-awtoevalwazzjoni tal-iskola bħala mekkaniżmu ewlieni għall-iżavilupp tal-iskola.

Il-Kummissjoni pproduċiet ir-rapport tal-esperti dwar Apprendiment aħjar għaż-Żgħażagħ tal-Ewropa: L-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ assigurazzjoni tal-kwalità koerenti għal edukazzjoni skolastika.

Barra minn hekk, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja, il-Kummissjoni ddeskriviet oqsma għal azzjoni biex tittejjeb l-edukazzjoni skolastika, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità.

Id-dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li Jakkumpanja jipprovdi riċerka u evidenza li tappoġġja r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-Komunikazzjoni, kif ukoll ir-riżultati tal-ħidma fil-livell tal-UE biex jiġu żviluppati politiki dwar l-edukazzjoni skolastika.