Il-Monitor jiġbor flimkien l-aħħar data disponibbli u evidenza oħra, flimkien ma’ aġġornamenti dwar il-miżuri ta’ politika nazzjonali. Dawn jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-qafas strateġiku taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (ŻEE), bl-edizzjoni tal-2022 tal-Monitor bħala parti mir-Rapport ta’ Progress taż-ŻEE.
Il-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ jikkonsisti mill-partijiet li ġejjin:
Rapport komparattiv: il-progress lejn il-miri fil-livell tal-UE
Ir-rapport komparattiv tal-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ isegwi l-progress lejn il-kisba tal-miri fil-livell tal-UE maqbula bħala parti mill-qafas strateġiku taż-ŻEE. Ġew stabbiliti 7 miri fil-livell tal-UE, u dan ir-rapport jikkomplementahom b’bosta indikaturi ta’ appoġġ biex jitfa’ dawl fuq il-kuntest u l-lievi ta’ politika possibbli.
Barra minn hekk, l-edizzjoni tal-2022 tibda b’indikatur ġdid fjamant fil-livell tal-UE li jista’ jintuża bħala kejl wiesa’ tal-ekwità tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-UE.
Rapporti tal-pajjiżi: pajjiżek
Ir-rapporti tal-pajjiżi tal-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ jirriflettu l-iżvilupp reċenti u kontinwu tal-politika fil-livelli kollha tal-edukazzjoni fis-27 Stat Membru tal-UE. Dawn jipprovdu lill-qarrej b’għarfien aktar fil-fond dwar il-prestazzjoni tal-pajjiżi fir-rigward tal-miri fil-livell tal-UE maqbula bħala parti mill-qafas strateġiku taż-ŻEE.
Ir-rapporti tal-pajjiżi huma bbażati fuq l-aktar evidenza kwantitattiva u kwalitattiva aġġornata disponibbli.
Sett ta’ Għodod tal-Monitor: indikaturi ewlenin
Is-Sett ta’ Għodod tal-Monitor jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-indikaturi ewlenin użati fil-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ. Hu jitfa’ dawl fuq il-kuntest li fih huma inkorporati l-miri u d-dominji tal-indikaturi fil-livell tal-UE. Is-Sett ta’ Għodod tal-Monitor isaħħaħ l-għarfien fl-UE tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-varjazzjoni wiesgħa tagħhom fost l-Istati Membri. Jipprovdi wkoll l-għarfien tal-utenti fl-analiżi komparattiva tal-Kummissjoni Ewropea.

Aqra l-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2022
Skopri aktar dwar l-edizzjoni tal-2022, li tinkludi rapport komparattiv trans-UE tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, 27 rapport fil-fond tal-pajjiżi, u Sett ta’ Għodod tal-Monitor bid-<em>data</em> sottostanti kollha.
Aktar informazzjoni
Biex ikollok aċċess għas-settijiet tad-data, il-mapep u ċ-ċarts aġġornati u personalizzati relatati mal-miri fil-livell tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ, iċċekkja l-paġna web tal-Eurostat.
In-network Eurydice jippubblika informazzjoni dwar il-politiki u s-sistemi tal-edukazzjoni nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE, kif ukoll rapporti komparattivi dwar suġġetti speċifiċi, indikaturi u statistika (inklużi indikaturi strutturali għall-monitoraġġ tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa).
Segwi l-Erasmus+ fuq Twitter u ċċekkja #ETMonitor għal aktar aġġornamenti.
Għall-mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lil eac-monitor@ec.europa.eu bl-email.