Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

DWAR SELFIE

SELFIE

SELFIE (Self-reflection on Effective Learning by Fostering Innovation through Educational technologies - Awtoriflessjoni dwar l-Apprendiment Effettiv bit-Trawwim tal-Innovazzjoni permezz ta’ Teknoloġiji Edukazzjonali) hija għodda maħsuba biex tgħin lill-iskejjel jinkorporaw teknoloġiji diġitali fit-tagħlim, fl-apprendiment u fil-valutazzjoni tal-istudenti. Din tista’ turi x’inhu jaħdem sew, fejn hemm bżonn ta’ titjib u x’għandhom ikunu l-prijoritajiet. Bħalissa l-għodda hija disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u biż-żmien se jiżdiedu aktar lingwi.

SELFIE tiġbor – b’mod anonimu – il-fehmiet tal-istudenti, tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskejjel dwar kif it-teknoloġija tintuża fl-iskola tagħhom. Dan isir permezz ta’ dikjarazzjonijiet u mistoqsijiet qosra u skala ta’ qbil minn 1-5. Id-dikjarazzjonijiet ikopru oqsma bħat-tmexxija, l-infrastruttura, it-taħriġ tal-għalliema u l-kompetenza diġitali tal-istudenti.

Il-valutazzjoni tieħu madwar 30 minuta. Il-mistoqsijiet huma adattati speċifikament għal kull grupp. Pereżempju, l-istudenti jingħataw mistoqsijiet li jirrelataw mal-esperjenza tal-apprendiment tagħhom, l-għalliema jirriflettu fuq it-taħriġ u l-prattiki ta’ tagħlim u l-mexxejja tal-iskejjel jindirizzaw l-ippjanar u l-istrateġija globali.

Abbażi ta’ dan l-input, l-għodda tiġġenera rapport – ritratt (‘SELFIE’ :-)) tal-punti tajbin u n-nuqqasijiet ta’ skola fl-użu tagħha tat-teknoloġiji diġitali għat-tagħlim u l-apprendiment. Iktar ma jieħdu sehem nies mill-iskola, iktar ikun preċiż is-SELFIE tal-iskola tagħhom.

Ir-riżultati u l-għarfien mill-eżerċizzju ta’ SELFIE huma għall-iskola tiegħek biss u ma jinqasmu ma’ ħadd iktar sakemm ma tagħżilx li tagħmel dan int.

Is-sejbiet jistgħu jgħinuk tara fejn tinsab u, minn hemm, tibda djalogu dwar l-użu tat-teknoloġija u tiżviluppa pjan ta’ azzjoni għall-iskola tiegħek. Imbagħad SELFIE tista’ tintuża fi stadju aktar tard biex jitkejjel il-progress u jiġi adattat il-pjan ta’ azzjoni.

 

Benefiċċji:

 

SELFIE tinvolvi lill-komunità kollha tal-iskola – lill-mexxejja tal-iskola, lill-għalliema u lill-istudenti – fi proċess ta’ 360 grad li jkopri ħafna oqsma tal-prattika ta’ skola.

 

Peress li kull skola hija unika, l-għodda hija adattabbli. L-iskola tiegħek tista’ tagħżel u żżid mistoqsijiet u dikjarazzjonijiet li huma adatti għall-bżonnijiet tiegħek.

 

SELFIE tippermetti lill-parteċipanti kollha jwieġbu mistoqsijiet li jaqblu mal-esperjenza tagħhom, bħala studenti, għalliema jew mexxejja ta’ skola.

 

SELFIE hija mingħajr ħlas. It-tweġibiet huma anonimizzati u d-data hija sigura.

 

Tista’ tagħmel il-valutazzjoni minn kompjuter, tablet jew smartphone.

 

Ladarba tlesti SELFIE, kull skola tirċievi rapport interattiv imfassal speċifikament għaliha li jipprovdi kemm data ddettaljata kif ukoll għarfien ta’ malajr dwar il-punti tajbin u n-nuqqasijiet.


Kun parti minn komunità ta’ skejjel li qed tikber fl-Ewropa kollha li qed jużaw SELFIE biex tgħinhom idaħħlu t-teknoloġiji diġitali fit-tagħlim u l-apprendiment tagħhom.

Min jista’ juża SELFIE?

SELFIE huwa disponibbli għall-iskejjel primarji, sekondarji u vokazzjonali fl-Ewropa u lil hinn minnha. Din tista’ tintuża minn kwalunkwe skola – mhux biss minn dawk b’livelli avvanzati ta’ infrastruttura, tagħmir u użu ta’ teknoloġija.

L-għodda hija disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE kollha.

Imfassal minn u għall-iskejjel

Mill-bidu, il-mexxejja tal-iskejjel, l-għalliema u l-istudenti kienu involuti fil-ħolqien u l-ittestjar ta’ SELFIE:

  • 5,000 minnhom taw l-input tagħhom fid-disinn bikri tal-għodda.
  • 67,000 ruħ, minn 650 skola fl-Ewropa kollha, ħadu sehem fit-test pilota.
  • SELFIE ġie ttestjat fl-skejjel primarji biex jiġi żgurat li jista’ jinftiehem minn studenti iżgħar fl-età.

Privatezza tad-data

  • SELFIE huwa għodda għall-iskola biss, l-ebda data personali ma tinġabar.
  • It-tweġibiet kollha pprovduti permezz ta’ SELFIE huma anonimi. L-istudenti, l-għalliema, il-mexxejja ta’ skola jew membri oħra tal-persunal individwali li jwieġbu l-mistoqsijiet u d-dikjarazzjonijiet ma jistgħux jiġu identifikati personalment.
  • Kull skola hija s-sid tar-rapport ta’ SELFIE tagħha, li ma jinqasam ma ħadd iżjed sakemm l-iskola ma tagħżilx li tagħmel dan.
  • L-ebda organizzazzjoni oħra, inkluża l-Kummissjoni Ewropea, ma tista’ ssegwi t-tweġibiet għal skola individwali.
  • SELFIE hija ospitata fuq server tal-Kummissjoni Ewropea li hu mmaniġġat minnha stess, u d-data li tinġabar hija soġġetta għar-regoli tal-ipproċessar tal-Kummissjoni.
  • Id-data anonimizzata u aggregata tista’ tintuża għal skopijiet ta’ politika u riċerka biss u qatt għal skopijiet kummerċjali.

Sfond u żvilupp

SELFIE hija bbażata fuq qafas tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-promozzjoni tat-tagħlim fl-era diġitali f’organizzazzjonijiet edukattivi.

It-tim ta’ SELFIE

SELFIE hija inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea.

L-għodda ġiet żviluppata f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ tim ta’ esperti minn skejjel, ministeri tal-edukazzjoni u istituzzjonijiet ta’ riċerka fl-Ewropa kollha. L-istituzzjonijiet imsieħba jinkludu l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) u l-Istituzzjoni għat-Teknoloġiji tal-Informatika fl-Edukazzjoni tal-UNESCO.

Benefits

Comprehensive

SELFIE involves the whole school community – school leaders, teachers and students – in a 360-degree process covering many areas of school practice.

Customisable

Because every school is unique, the tool can be customised. Your school can select and add questions and statements to suit your needs.

Matching experience

SELFIE allows all participants to answer questions that match their experience, as students, teachers or school leaders.

Free and anonymous

SELFIE is free of charge. Answers are anonymised and data is secure.

Tailor-made

On completing SELFIE, each school receives a tailor-made, interactive report which provides both in-depth data and quick insights into strengths and weaknesses.