Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Premju Ewropew għat-Tagħlim Innovattiv

Il-Premju Ewropew għat-Tagħlim Innovattiv huwa inizjattiva ġdida stabbilita mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025. 

L-objettivi tal-Premju huma:

  • li jiġu ċċelebrati l-kisbiet tal-għalliema u l-iskejjel u li jingħata kreditu lil xogħolhom
  • li jiġu identifikati u promossi prattiki eċċellenti ta’ tagħlim
  • li jingħataw mezzi għal tagħlim reċiproku
  • li jiġi enfasizzat il-valur tal-programm Erasmus+ għall-kollaborazzjoni Ewropea tal-għalliema u l-istabbiliment taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni

Bħall-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+, din l-inizjattiva l-ġdida għandha l-għan li tappoġġja lill-għalliema u lit-trainers fil-karrieri tagħhom billi tippromwovi l-eċċellenza professjonali, in-networks u l-komunitajiet tal-prattika, kif ukoll tagħlim permezz ta’ proġetti Ewropej ta’ kooperazzjoni.

Kategoriji u għażla

F’kull pajjiż tal-programm Erasmus+, il-proġetti se jirċievu premjijiet fl-4 kategoriji li ġejjin

  1. kura u edukazzjoni bikrija tat-tfal
  2. edukazzjoni primarja
  3. edukazzjoni sekondarja 
  4. skejjel tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET)

Il-proġetti ppremjati jintgħażlu u jiġu nnominati mill-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+, li huma involuti fit-tfassil ta’ din l-inizjattiva permezz ta’ proċess ta’ ħolqien konġunt. 

Il-Premju se jkollu fokus tematiku differenti kull sena u jippremja lill-għalliema u lill-iskejjel li, permezz tal-proġetti tagħhom, indirizzaw suġġett partikolari elenkat fost il-prijoritajiet taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. 

Il-Premju Ewropew għat-Tagħlim Innovattiv tal-2021

Għall-2021, is-suġġett taħt il-lenti kien it-tagħlim mill-bogħod u mħallat, b’rabta mill-qrib mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u l-pandemija tal-COVID-19.

Fis-16 ta’ Settembru 2021, il-Kummissarju Ewropew għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Mariya Gabriel, u l-Ministru Sloven għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Isport, Dr Simona Kustec, nedew l-ewwel edizzjoni tal-Premju Ewropew għat-Tagħlim Innovattiv u ħabbru r-rebbieħa għall-2021 fl-erba’ kategoriji.

L-attivitajiet tal-2021 laħqu l-qofol tagħhom fl-ewwel ċerimonja uffiċjali tal-premjazzjoni Ewropea fl-20 ta’ Ottubru 2021 b’rikonoxximent tal-ħidma eċċellenti tar-rebbieħa tal-2021. 

Segwi l-Premju

Żomm ruħek aġġornat mal-aħħar aħbarijiet tal-Premju Ewropew għat-Tagħlim Innovattiv billi tuża

2023 edition: Education and Innovation

The theme of the third edition is ‘Education and Innovation’ and is connected to the European Year of Skills. The theme explores the introduction of existing and emerging technologies in the contemporary education systems.

The European Innovative Teaching Award event is set to take place in Brussels on 23-24 November 2023.

The event will be hybrid and available through online streaming