Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-bullying fl-iskejjel

Il-bullying fl-iskejjel għandu impatti negattivi fuq il-benesseri u s-saħħa mentali tal-istudenti, il-klima tal-iskola tagħhom u l-eżiti edukattivi tagħhom. Dan iżid ir-riskju ta’ tluq bikri mill-iskola, b’effetti dejjiema fuq il-kwalità tal-ħajja.
Il-Kummissjoni Ewropea taħdem biex tindirizza dan permezz ta’ riċerka u għodod imfassla biex jappoġġjaw u jiggwidaw lil dawk li jfasslu l-politika, il-kapijiet tal-iskejjel, l-għalliema u l-edukaturi.

What is bullying?

Huwa att aggressiv li jikkawża ħsara lil xi ħadd fiżikament, mentalment jew emozzjonalment. Il-bullying għandu l-għan li joffendi, jintimida, jumilja, jew jagħmel ħsara lil individwu jew grupp ripetutament, f’kuntest fejn il-vittma tħossha iżolata u ma tistax tiddefendi lilha nnifisha faċilment.

Tradizzjonalment dan jikkonsisti minn:

  • żbilanċ tal-poter
  • intenzjoni
  • ripetizzjoni

Il-bullying jista’ jseħħ f’diversi ambjenti, inklużi:

  • online
  • fiżikament
  • verbalment
  • f’relazzjoni

Dan jista’ jitwettaq minn individwu jew grupp. Tipikament, hu ma jinvolvix biss il-vittma u l-awtur, iżda wkoll dawk fil-qrib li josservaw xi jkun għaddej.

Kwistjoni mifruxa

Fl-Ewropa kollha, aktar minn 20% tal-istudenti ta’ 15-il sena rrapportaw li spiss kienu vittmi ta’ bullying, fenomenu li jaffettwa lill-istudenti u lill-iskejjel irrispettivament mill-profil soċjoekonomiku tagħhom.

Approċċi għall-iskola kollha

L-approċċi għall-iskola kollha jirrikonoxxu u jinvolvu l-familji u l-komunitajiet lokali bħala partijiet mill-ekosistema tal-iskola.

L-adozzjoni ta’ approċċi għall-iskola kollha tista’ tagħti s-setgħa lill-istudenti, lill-edukaturi, lill-ġenituri, lill-indokraturi, lill-familji u lill-komunità lokali kollha biex jipprevjenu u jindirizzaw id-diskriminazzjoni, il-vjolenza, il-preġudizzju, il-bullying u l-bullying ċibernetiku. Huma jaħdmu billi jippromwovu l-valuri tal-inklużjoni u l-ekwità, l-għoti tas-setgħa u ċ-ċittadinanza demokratika.

Riżorsi utli għall-edukaturi u għal dawk li jfasslu l-politika

Webinars u taħriġ

Il-Pjattaforma tal-Edukazzjoni fl-Iskejjel tmexxi webinars regolari dwar il-benesseri, inkluż dwar il-bullying, fl-iskejjel.

Settijiet ta’ għodod u linji gwida

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat linji gwida għal dawk li jfasslu l-politika u l-edukaturi dwar il-benesseri u s-saħħa mentali fl-iskola. Dawn jiġbru flimkien rakkomandazzjonijiet, eżempji ta’ proġetti, u prattiki tajbin mill-UE kollha.

Grupp ta’ ħidma

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ugwaljanza u l-Valuri fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ jiffoka fuq riformi strutturali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Huwa spazju fejn dawk li jfasslu l-politika jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar suġġetti bħall-indirizzar u l-prevenzjoni tal-mibegħda u l-bullying.

Erasmus+

Il-programm Erasmus+ jappoġġja bosta proġetti li jindirizzaw il-bullying. Dawn il-proġetti jipprovdu strateġiji, ħiliet u għodod lill-iskejjel, lill-għalliema u lill-komunitajiet tal-iskejjel, b’enfasi fuq is-sħubijiet u l-kooperazzjoni.

Sfond ta’ politika u inizjattivi tal-UE rilevanti

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskola għandha l-għan li tippromwovi eżiti edukattivi aħjar għaż-żgħażagħ Ewropej kollha, irrispettivament mill-karatteristiċi personali, l-isfond tal-familja, soċjoekonomiku u kulturali tagħhom.

Aċċessa aktar inizjattivi ta’ politika Ewropej li jindirizzaw il-bullying

Last updated: