Għalfejn għandu jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-universitajiet u n-negozji?
It-tisħiħ ta’ rabtiet eqreb bejn in-negozju u l-akkademja jista’:
- iħeġġeġ it-trasferiment u l-qsim tal-għarfien
- joħloq sħubijiet u opportunitajiet fit-tul
- jimmotiva l-innovazzjoni, l-intraprenditorija u l-kreattività
Kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-universitajiet u n-negozji tista’ wkoll tgħin lill-gradwati jiksbu l-ħiliet u l-mentalità meħtieġa fis-suq tax-xogħol, kif ukoll għall-iżvilupp personali tagħhom.
Hemm ħafna eżempji ta’ kooperazzjoni li rnexxiet bejn l-akkademja u l-industrija fl-Ewropa. Madankollu, il-forma u l-firxa ta’ din il-kooperazzjoni jvarjaw konsiderevolment bejn il-pajjiżi differenti, l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u d-dixxiplini akkademiċi. Aktar informazzjoni hi disponibbli fl-istudju tal-Kummissjoni L-istat tal-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji fl-Ewropa.
Forum Universitajiet u Negozji
Il-Forum Universitajiet u Negozji ilu jsir fi Brussell kull sentejn mill-2008 u joffri pjattaforma għan-networking, l-iskambju ta’ ideat u prattiki tajba billi jiġbor flimkien:
- istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja
- kumpaniji
- assoċjazzjonijiet tan-negozju
- awtoritajiet pubbliċi
- dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika
Waqt il-forum il-parteċipanti jeżaminaw l-istat attwali ta’ kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji u jesploraw l-inizjattivi u l-programmi ta’ politika meħtieġa biex jappoġġjawha.
F’kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, il-forums tematiċi huma organizzati fuq bażi regolari u jindirizzaw suġġetti ewlenin fil-livell nazzjonali u reġjonali.