Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

L-intraprenditorija fl-edukazzjoni

X’qed tagħmel l-UE biex tippromwovi l-edukazzjoni intraprenditorjali?

Li jkunu intraprenditorjali hija ħila siewja għaċ-ċittadini tal-UE, kemm għall-iżvilupp personali kif ukoll professjonali tagħhom. L-edukazzjoni intraprenditorjali għandha rwol ewlieni għall-kompetittività tal-Ewropa u għat-tkabbir kontinwu tal-ekonomija tal-Ewropa.

Il-promozzjoni tal-intraprenditorija fl-edukazzjoni bħala kompetenza ewlenija tħeġġeġ liċ-ċittadini tal-UE biex ikunu intraprendenti u biex jifformulaw soluzzjonijiet innovattivi għall-problemi tas-soċjetà u biex ifasslu prodotti ta’ valur soċjoekonomiku miżjud.

L-intraprenditorija hija appoġġjata permezz ta’ għadd ta’ azzjonijiet taħt il-programm Erasmus+, kemm għal dawk li jistudjaw, jitħarrġu kif ukoll dawk li jipparteċipaw fi proġetti ta’ sħubiji strateġiċi barra mill-pajjiż. L-UE ħolqot sett ta’ linji gwida biex tappoġġja t-trawwim tal-intraprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

Barra minn hekk, inħolqu għadd ta’ għodod biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ mentalità intraprenditorjali fost iċ-ċittadini tal-UE, fosthom HEInnovate għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja.