Pjanijiet ta’ trasformazzjoni diġitali għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ
Matul il-pandemija tal-COVID-19, numru kbir ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni Ewropea (UE) u lil hinn kellhom jaqilbu għat-tagħlim online u mill-bogħod.
Ħafna ħabbtu wiċċhom mal-isfidi tat-tagħlim mill-bogħod, li kien jeħtieġ l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ ħiliet, għodod, riżorsi u approċċi pedagoġiċi ġodda.
Biex nibbenefikaw mil-lezzjonijiet li tgħallimna matul dan il-perjodu, inkluż kif nużaw it-teknoloġiji diġitali biex intejbu l-kwalità u l-inklużività tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jeħtieġ ippjanar u monitoraġġ kontinwi, appoġġ, riżorsi u gwida.
Objettivi
Il-programm Erasmus+ jipprovdi finanzjament għal proġetti ta’ kooperazzjoni li jappoġġjaw l-ippjanar tat-trasformazzjoni diġitali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-iskejjel primarji u sekondarji, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), l-edukazzjoni għolja u l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim għall-adulti.
L-Akkademji tal-Għalliema ta’ Erasmus+ qed jiġu stabbiliti biex ikomplu jappoġġjaw il-ħolqien u l-applikazzjoni ta’ pedagoġiji diġitali u ta’ għarfien espert fl-użu ta’ għodod diġitali għall-għalliema, inklużi teknoloġiji aċċessibbli u ta’ assistenza.
Fil-ħarifa tal-2021 tnediet ukoll għodda ġdida ta’ awtoriflessjoni online, SELFIE għall-Għalliema, ibbażata fuq il-Qafas Ewropew għall-Kompetenza Diġitali għall-Edukaturi. Din l-għodda se tgħin lill-għalliema jidentifikaw il-punti tajbin u l-lakuni fil-kompetenzi diġitali tagħhom u biex jippjanaw għal aktar taħriġ.
Attivitajiet ewlenin
- l-appoġġ għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni diġitali tal-edukazzjoni u t-taħriġ permezz ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni ta’ Erasmus+
- il-twaqqif ta’ Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+ biex jappoġġjaw il-kollaborazzjoni u jipprovdu opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali għall-għalliema u kooperazzjoni bejn l-għalliema u l-edukaturi
- it-tnedija tal-għodda ta’ awtovalutazzjoni online SELFIE għall-Għalliema biex tgħin lil (timijiet ta’) għalliema jidentifikaw b’mod kollaborattiv il-punti tajbin u l-lakuni fil-kompetenzi diġitali tagħhom.
Riżultati mistennija
- kapaċità diġitali msaħħa għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ
- għoti ta’ opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali għall-għalliema u t-trainers
- appoġġ għall-għalliema biex jidentifikaw il-punti tajbin u l-lakuni fil-ħiliet diġitali tagħhom
Kronoloġija
Proġetti ta’ kooperazzjoni Erasmus+
L-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-proġetti ta’ kooperazzjoni tal-Erasmus+ li jiffukaw fuq l-ippjanar diġitali fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, il-VET, it-tagħlim għall-adulti u l-edukazzjoni għolja huma disponibbli bħala parti mis-sejħa ġenerali tal-Erasmus+ (taħt l-Azzjoni Ewlenija 2).
Il-finanzjament se jkun disponibbli kull sena taħt is-sejħa ġenerali annwali tal-Erasmus+ sal-2027.
Iċċekkja l-gwida tal-programm Erasmus+ għal aktar informazzjoni.
Akkademji tal-Għalliema ta’ Erasmus+
L-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+ ifittxu li joħolqu sħubijiet Ewropej u jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tal-għalliema u l-fornituri tat-taħriġ. L-Akkademji huma stabbiliti biex iħaddnu l-multilingwiżmu, l-għarfien tal-lingwi u d-diversità kulturali.
Huma għandhom l-għan li jtejbu l-appoġġ għall-għalliema fl-ewwel snin tal-professjoni u jsaħħu l-iżvilupp professjonali kontinwu matul il-karrieri tagħhom.
Id-dettalji ta’ din is-sejħa huma ppreżentati fil-gwida tal-programm Erasmus+ tal-2022.
Aktar informazzjoni tinstab fis-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u fil-Portal tal-Opportunitajiet ta’ Finanzjament u Offerti.
Ikkuntattjana
Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar din l-azzjoni, tista’ tikkuntattjana permezz tal-email fuq EAC-DIGITALEDUCATION@ec.europa.eu.
Segwi EUDigitalEducation fuq Twitter għall-aħħar aħbarijiet u żviluppi dwar din l-azzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali kollu.
Erasmus+ Teacher Academies
Erasmus+ Teacher Academies seek to create European partnerships and promote cooperation between teacher education institutions and training providers. Academies are set up to embrace multilingualism, language awareness and cultural diversity.
They aim to improve the support for teachers in the early years of the profession and strengthen continuous professional development throughout their careers.