Aġġornament tal-Qafas Ewropew ta’ Kompetenza Diġitali biex jiġu inklużi l-intelliġenza artifiċjali u l-ħiliet relatati mad-data.
Jeħtieġ li ċ-ċittadini jiksbu fehim bażiku ta’ teknoloġiji ġodda u emerġenti, inkluża l-intelliġenza artifiċjali (IA), sabiex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod kunfidenti, kritiku u sikur magħhom.
Sensibilizzazzjoni akbar se twassal ukoll għal sensibbiltà mtejba lejn kwistjonijiet potenzjali b’rabta mat-teknoloġiji emerġenti relatati mal-etika, is-sostenibbiltà ambjentali, il-protezzjoni tad-data u l-privatezza elettronika, id-drittijiet tat-tfal, id-diskriminazzjoni u l-preġudizzju – inkluż il-preġudizzju relatat mal-ġeneru, id-diżabbiltajiet, id-diskriminazzjoni etnika u dik razzjali.
Kull Ewropew, inklużi l-istudenti, dawk li qed ifittxu impjieg u l-ħaddiema, jeħtieġ li jkun diġitalment ikkwalifikat biex jadatta għal teknoloġiji ġodda u emerġenti u biex jirnexxi f’soċjetajiet li qed jevolvu b’rata mgħaġġla.
Il-professjonisti tal-edukazzjoni u t-taħriġ fis-setturi kollha u fil-livelli kollha jeħtieġ li jkunu mgħammra bil-kompetenzi u l-kunfidenza meħtieġa biex japplikaw b’mod effettiv firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji, inkluża l-IA, fil-ħidma tagħhom.
Għanijiet
Il-Kummissjoni Ewropea aġġornat il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali (DigComp 2.2) biex tinkludi l-ħiliet, l-għarfien u l-attitudnijiet relatati mal-IA u l-użu tad-data. Il-Kummissjoni se tappoġġja wkoll l-iżvilupp ta’ riżorsi ta’ tagħlim tal-IA għall-edukazzjoni u t-taħriġ
L-aġġornament ta’ DigComp 2.2 issa jinkludi appendiċi b’aktar minn 70 eżempju li jistgħu jgħinu liċ-ċittadini jifhmu aħjar fejn u f’liema sitwazzjonijiet fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum jistgħu jistennew li jiltaqgħu mas-sistemi tal-IA. Jagħti wkoll eżempji prattiċi tal-modi kif it-teknoloġiji emerġenti jiġu applikati fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
L-għan hu li ċ-ċittadini kollha jingħataw is-setgħa li jsiru utenti kunfidenti, kritiċi u responsabbli tat-teknoloġiji diġitali xprunati mis-sistemi tal-IA u t-teħid awtonomu tad-deċiżjonijiet, kif ukoll li jtejbu l-fehim tagħhom tal-IA, il-potenzjal u l-limitazzjonijiet tagħha.
Attivitajiet ewlenin
2021
- it-tnedija tal-ħidma mal-esperti u l-partijiet ikkonċernati tal-Komunità ta’ Prattika tad-DigComp għall-iskambju ta’ materjali, id-diskussjoni fil-gruppi ta’ ħidma, il-kondiviżjoni tar-riżorsi u l-komunikazzjoni tal-aħħar żviluppi dwar it-teoriji warajha u l-implimentazzjoni tal-edukazzjoni diġitali
- il-ġabra, il-ħolqien, ir-rieżami u l-għażla ta’ eżempji ta’ għarfien, ħiliet u attitudnijiet relatati ma’ teknoloġiji u servizzi diġitali emerġenti, li jiffurmaw id-dimensjoni 4 tal-qafas
- l-organizzazzjoni ta’ żewġ laqgħat internazzjonali online li fihom il-parteċipanti qablu dwar il-ħiliet, l-għarfien u l-attitudnijiet relatati mal-IA u l-litteriżmu fid-data inklużi f’DigComp 2.2
Riżultati
2022
- pubblikazzjoni tal-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali ta’ DigComp 2.2
Finanzjament
Din l-azzjoni hija ffinanzjata mill-Programm Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea.
Aktar informazzjoni
Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web ta’ DigComp u ssieħeb fil-Komunità ta’ Prattika biex tappoġġja l-iżvilupp tal-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali.
Tista’ tiċċekkja wkoll l-iskeda informattiva, il-fuljett u l-video dwar id-DigComp għal aktar informazzjoni.
Ikkuntattjana
Jekk tixtieq tkun taf iktar dwar din l-azzjoni, tista’ tikkuntattjana permezz tal-email JRC-B4-SECRETARIAT@ec.europa.eu.
Segwi s-ScienceHub tal-UE u EUDigitalEducation fuq Twitter għall-aħħar aħbarijiet u l-iżviluppi dwar din l-azzjoni
Kontenut relatat
Key activities
-
2021
- started work with the experts and stakeholders of DigComp Community of Practice for the exchange of materials, discussion in working groups, the sharing of resources and communicating the latest developments concerning theories behind and the implementation of digital education
- collected, created, reviewed and selected examples of knowledge, skills and attitudes related to emerging digital technologies and services, which make up dimension 4 of the framework
- organised two international online meetings in which participants agreed upon the skills, knowledge and attitudes related to AI and data literacy included in DigComp 2.2
-
2022
publication of the DigComp 2.2 Digital Competence Framework
Funding
This action receives funding through the Erasmus+ programme.
More information
Visit the DigComp website and join the Community of Practice to support the further development of the Digital Competence Framework.
Check the DigComp factsheet, brochure and video to learn more.