Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Konnettività u tagħmir diġitali għall-edukazzjoni u t-taħriġ

Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali – Azzjoni 4

Il-konnessjoni ma’ internet b’veloċità għolja toffri ħafna vantaġġi lill-iskejjel, inkluż l-aċċess għal varjetà ta’ riżorsi online, pjattaformi għall-kollaborazzjoni u għodod għal pedagoġiji bbażati fuq ir-riċerka.

Madankollu, ir-riżultati tat-“tieni Stħarriġ Skolastiku: ICT fl-edukazzjoni” (ESSIE2) juri li ħafna skejjel fl-Unjoni Ewropea (UE) għadhom’ il bogħod milli jiksbu l-milja tal-kapaċità diġitali tagħhom u jkunu mgħammra b’internet b’veloċità għolja.

Barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 urietna biċ-ċar li fl-Ewropa għad għandna lakuni fl-infrastruttura, pereżempju fir-rigward tad-disponibbiltà tal-broadband u tal-adozzjoni tat-teknoloġija diġitali.

Għanijiet

Biex tgħin biex jitnaqqsu d-disparitajiet u biex jiġi indirizzat l-użu mhux uniformi tal-aċċess għall-internet b’veloċità għolja fl-iskejjel, il-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Diġitali, tappoġġa l-konnettività bil-gigabits u bil-5G għall-komunitajiet intelliġenti, fejn jinsabu l-muturi soċjoekonomiċi bħall-iskejjel.

Din l-azzjoni tippromwovi l-aħjar prattiki tal-konnettività 5G fil-komunitajiet lokali u fl-iskejjel, flimkien ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Għandha wkoll l-għan li tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE jagħmlu l-aħjar użu mill-appoġġ disponibbli permezz ta’ diversi programmi ta’ finanzjament għat-tisħiħ tal-aċċess għall-internet u x-xiri tat-teknoloġija diġitali, l-applikazzjonijiet u l-pjattaformi tat-tagħlim elettroniku, inkluża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Skeda ta’ żmien għall-finanzjament

Il-Kummissjoni ppubblikat erba’ sejħiet għal proposti biex taċċellera l-konnettività bil-5G:

Last updated: