Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Pjanijiet ta’ trasformazzjoni diġitali għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ

Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali – Azzjoni 5

Matul il-pandemija tal-COVID-19, numru kbir ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni Ewropea (UE) u lil hinn kellhom jaqilbu għat-tagħlim online u mill-bogħod.

Ħafna ħabbtu wiċċhom mal-isfidi tat-tagħlim mill-bogħod, li kien jeħtieġ l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ ħiliet, għodod, riżorsi u approċċi pedagoġiċi ġodda. 

Biex nibbenefikaw mil-lezzjonijiet li tgħallimna matul dan il-perjodu, inkluż kif nużaw it-teknoloġiji diġitali biex intejbu l-kwalità u l-inklużività tal-edukazzjoni u t-taħriġ, hemm bżonn ta’ ippjanar u monitoraġġ kontinwi, appoġġ, riżorsi u gwida. 

Objettivi

Il-programm Erasmus+ jipprovdi finanzjament għal proġetti ta’ kooperazzjoni li jappoġġaw l-ippjanar tat-trasformazzjoni diġitali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-iskejjel primarji u sekondarji, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET, vocational education and training), l-edukazzjoni għolja u l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim għall-adulti.

Qed jitwaqqfu l-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+ biex ikomplu jappoġġaw il-ħolqien u l-applikazzjoni ta’ pedagoġiji diġitali u ta’ għarfien espert fl-użu tal-għodod diġitali għall-għalliema, inklużi teknoloġiji aċċessibbli u assistivi.

Fil-ħarifa tal-2021 tnediet ukoll għodda ġdida ta’ awtoriflessjoni online, SELFIE for Teachers, ibbażata fuq il-Qafas Ewropew għall-Kompetenza Diġitali tal-Edukaturi. Din l-għodda se tgħin lill-għalliema jidentifikaw il-punti b’saħħithom u n-nuqqasijiet fil-kompetenzi diġitali tagħhom. Se tgħinhom ukoll jippjanaw aktar taħriġ. 

Attivitajiet ewlenin

  • l-appoġġ għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni diġitali tal-edukazzjoni u t-taħriġ permezz ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni tal-Erasmus+
  • il-twaqqif tal-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+ biex jappoġġaw il-kollaborazzjoni u jipprovdu opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali għall-għalliema u kooperazzjoni bejn l-għalliema u l-edukaturi
  • it-tnedija tal-għodda ta’ awtovalutazzjoni online SELFIE for Teachers biex tgħin lill-għalliema (jew lil timijiet ta’ għalliema) jidentifikaw flimkien il-punti b’saħħithom u n-nuqqasijiet fil-kompetenzi diġitali tagħhom.

Riżultati mistennija

  • kapaċità diġitali msaħħa għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ
  • opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali għall-għalliema u dawk li jħarrġu
  • appoġġ għall-għalliema biex jidentifikaw il-punti b’saħħithom u n-nuqqasijiet fil-ħiliet diġitali tagħhom

Finanzjament

Proġetti ta’ kooperazzjoni tal-Erasmus+ 

L-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-proġetti ta’ kooperazzjoni tal-Erasmus+ li jiffukaw fuq l-ippjanar diġitali fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, il-VET, it-tagħlim għall-adulti u l-edukazzjoni għolja huma disponibbli bħala parti mis-sejħa ġenerali tal-Erasmus+ (taħt l-Azzjoni Ewlenija 2).

Il-finanzjament hu disponibbli kull sena taħt is-sejħa ġenerali annwali tal-Erasmus+ sal-2027.

Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+ 

L-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+ jippruvaw joħolqu sħubijiet Ewropej u jħeġġu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tal-għalliema u l-fornituri tat-taħriġ. L-Akkademji huma stabbiliti biex iħaddnu l-multilingwiżmu, l-għarfien tal-lingwi u d-diversità kulturali.

L-għan tagħhom hu li jtejbu l-appoġġ għall-għalliema fl-ewwel snin tal-professjoni u jsaħħu l-iżvilupp professjonali kontinwu matul il-karrieri tagħhom.

Last updated: