Skip to main content
European Education Area home page European Education Area home page

European Education Area

Quality education and training for all

Għalliema, trainers u mexxejja tal-iskejjel - inizjattivi

L-UE qed taħdem biex tivvalorizza mill-ġdid il-professjonijiet tat-tagħlim u biex tipprovdi lill-għalliema, lit-trainers u lill-mexxejja tal-iskejjel kollha opportunitajiet ta’ edukazzjoni inizjali u żvilupp professjonali ta’ kwalità għolja.

Għaliex huma importanti l-għalliema, it-trainers u l-mexxejja tal-iskejjel?

L-għalliema, it-trainers u l-mexxejja tal-iskejjel għandhom rwol ċentrali fl-għoti ta’ edukazzjoni ta’ kwalità għolja u inklużiva għall-istudenti kollha. Matul il-pandemija tal-COVID-19, huma adattaw malajr għall-għeluq tal-iskejjel u qalbu għal forom ta’ tagħlim remoti u mħalltin biex jiżguraw li l-apprendiment effettiv ikun jista’ jkompli.

Mingħajr l-involviment u l-impenn ta’ dawn il-professjonisti, ebda riforma edukattiva mhi se tirnexxi. Dawn għandhom irwol ċentrali fit-trawwim u l-implimentazzjoni ta’ kurrikuli u prattiki ta’ tagħlim innovattivi li jipprovdu lill-istudenti bil-kompetenzi ewlenin li jeħtieġu biex jiffjorixxu fl-ekonomija diġitali sostenibbli tal-Ewropa tal-futur.

Madankollu, in-nuqqas ta’ għalliema u trainers ipoġġi f’riskju l-provvista ta’ edukazzjoni ta’ kwalità għolja, inklużiva u innovattiva. Biex tiġi indirizzata din il-problema, ix-xogħol essenzjali ta’ dawn il-professjonisti tal-edukazzjoni jeħtieġ li jiġi rivalorizzat.

Dawn jeħtieġu appoġġ matul il-karrieri tagħhom biex jiżviluppaw il-kompetenzi u l-opportunitajiet tagħhom biex jikkollaboraw u jiskambjaw ma’ sħabhom permezz ta’ proġetti u networks bejn il-fruntieri.

X’qiegħda tagħmel l-UE?

Biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni qed tieħu l-azzjonijiet li ġejjin

  • l-iżvilupp ta’ 25 Akkademja tal-Għalliema tal-Erasmus+ sal-2025 biex jinħolqu networks ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tal-għalliema, assoċjazzjonijiet tal-għalliema u partijiet ikkonċernati
  • il-ħolqien ta’ gwida Ewropea għall-iżvilupp ta’ oqfsa nazzjonali tal-karrieri biex jappoġġjaw il-progress fil-karriera tal-professjonisti tal-edukazzjoni fl-iskejjel
  • it-tisħiħ tan-numru u l-kwalità tal-perjodi ta’ mobbiltà tal-għalliema
  • l-implimentazzjoni tal-Premju Ewropew għat-Tagħlim Innovattiv biex jiġi rikonoxxut ix-xogħol tal-għalliema u l-iskejjel tagħhom

 

Kontenut relatat