Skip to main content
European Education Area home page European Education Area home page

European Education Area

Quality education and training for all

L-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli

L-Ewropej iqisu t-tibdil fil-klima bħala l-aktar problema serja li qed tiffaċċja d-dinja llum. L-edukazzjoni u t-taħriġ, bħas-setturi kollha, għandhom jieħdu azzjoni biex iwieġbu għal din il-kriżi planetarja.

Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja lill-Istati Membri tal-UE fl-isforzi tagħhom biex

  • jgħammru lill-istudenti u lill-edukaturi bl-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa għal ekonomija u soċjetà aktar ekoloġiċi u sostenibbli
  • jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ jintegraw is-sostenibbiltà fit-tagħlim u l-apprendiment u fl-aspetti kollha tal-operazzjonijiet tagħhom
  • joħolqu fehim kondiviż dwar il-bidliet profondi u trasformattivi meħtieġa fl-edukazzjoni u t-taħriġ għas-sostenibbiltà u t-tranżizzjoni ekoloġika

Azzjonijiet tal-UE

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli

F'Ġunju 2022, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) adotta Rakkomandazzjoni dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli.

Din id-dikjarazzjoni ta' politika tistabbilixxi l-mod kif is-sostenibbiltà tista’ tiġi integrata fl-aspetti kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Hi tappella lill-Istati Membri biex

  • jagħmlu l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli prijorità fil-politiki u l-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ
  • jipprovdu lill-istudenti kollha b’opportunitajiet ta’ tagħlim dwar il-kriżi klimatika u s-sostenibbiltà fl-edukazzjoni formali (pereżempju, l-iskejjel u l-edukazzjoni għolja) u l-edukazzjoni mhux formali (pereżempju, l-attivitajiet ekstrakurrikulari, ix-xogħol taż-żgħażagħ)
  • jimmobilizzaw fondi nazzjonali u tal-UE biex isir investiment f’tagħmir, riżorsi u infrastrutturi ekoloġiċi u sostenibbli
  • jappoġġjaw lill-edukaturi fl-iżvilupp tal-għarfien u l-ħiliet tagħhom biex jgħallmu dwar il-kriżi klimatika u s-sostenibbiltà, inkluż kif jindirizzaw l-ekoansjetà fost l-istudenti tagħhom.
  • joħolqu ambjenti li jappoġġjaw l-apprendiment favur is-sostenibbiltà li jkopru l-attivitajiet u l-operazzjonijiet kollha minn istituzzjoni edukattiva u jippermettu tagħlim u apprendiment prattiku, interdixxiplinarju u rilevanti għall-kuntesti lokali
  • jinvolvu b’mod attiv lill-istudenti u l-istaff, l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjoni taż-żgħażagħ u l-komunità tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-apprendiment favur is-sostenibbiltà

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill hi ssupplimentata b’Dokument ta' Ħidma tal-Persunal, li jipprovdi dettalji u evidenza għar-Rakkomandazzjoni, inklużi r-riżultati mill-konsultazzjoni pubblika u l-eżempji ta’ prattika tajba mill-Ewropa kollha.

Grupp ta’ ħidma dwar l-apprendiment għas-sostenibbiltà

Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni permezz ta’ grupp ta’ ħidma dwar is-sostenibbiltà fl-edukazzjoni. Dan jikkonsisti f’aktar minn 40 membru, inklużi r-rappreżentanti tal-ministeri tal-edukazzjoni (il-pajjiżi tal-UE u l-pajjiżi sħab), is-sħab soċjali, l-NGOs u l-korpi internazzjonali.

Il-grupp ippubblika serje ta’ dokumenti ta’ input u messaġġi ta’ politika ewlenin dwar suġġetti inklużi s-sostenibbiltà tal-iskola kollha kemm hi, il-kurrikulku u l-kompetenzi, it-tfassil ta’ politika effettiva u l-edukazzjoni tal-għalliema.

Qafas ta’ kompetenza Ewropew dwar is-sostenibbiltà

Il-qafas ta’ kompetenza Ewropew dwar is-sostenibbiltà (“GreenComp”) kien ippubblikat f’Jannar 2022. Dan il-qafas, li ġie tradott fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, jista’ jintuża fil-programmi u l-politiki ta’ edukazzjoni u taħriġ f’ambjenti formali, mhux formali u informali.

Il-qafas jiddefinixxi l-erba’ gruppi ta’ kompetenza relatati mas-sostenibbiltà li għandhom jiġu akkwistati mill-istudenti ta’ kull età. Kull kompetenza għandha tliet sottopartijiet.

L-inkorporazzjoni tal-valuri tas-sostenibbiltà

  • il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà
  • l-appoġġ għall-ġustizzja
  • il-promozzjoni tan-natura

It-tħaddin tal-kumplessità fis-sostenibbiltà

  • ir-riflessjoni dwar is-sistemi
  • il-ħsieb kritiku
  • id-definizzjoni tal-problemi

L-azzjoni għas-sostenibbiltà

  • l-aġenzija politika
  • l-azzjoni kollettiva
  • l-inizjattiva individwali

Il-previżjoni ta’ futuri sostenibbli

  • il-litteriżmu għall-futur
  • l-adattabilità
  • il-ħsieb esploratorju

Fl-2023, il-Kummissjoni qed tistabbilixxi Komunità ta’ Prattika biex tikkonnettja l-iskejjel, ir-riċerkaturi, l-awtoritajiet pubbliċi u korpi oħra, bl-użu tal-qafas ta’ kompetenza l-ġdid.

Finanzjament

Il-programm Erasmus+ 2021-2027 jiffoka b’mod qawwi fuq it-tranżizzjoni ekoloġika fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Barra minn hekk, il-protezzjoni ambjentali, l-iżvilupp sostenibbli u l-azzjoni klimatika huma prijoritajiet għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Erasmus+ tal-2023, qed tingħata prijorità lis-sostenibbiltà fl-edukazzjoni skolastika, inklużi l-iżvilupp ta’ kompetenzi u ħiliet ta’ sostenibbiltà, il-promozzjoni ta’ azzjoni pożittiva fuq is-sostenibbiltà u l-indirizzar tal-ekoansjetà, l-appoġġ lill-bini tal-kapaċitajiet tal-għalliema u approċċi għas-sostenibbiltà tal-iskola kollha kemm hi.

Riċerka

Il-Kummissjoni għaddejja wkoll b’serje ta’ studji dwar l-edukazzjoni ekoloġika, inklużi

  • l-iżvilupp professjonali tal-għalliema
  • l-immappjar ta’ approċċi għall-apprendiment favur is-sostenibbiltà fl-edukazzjoni skolastika
  • is-sinerġiji bejn l-aġenda ekoloġika u dik diġitali fl-edukazzjoni skolastika
  • ambjenti u infrastrutturi ta’ apprendiment ekoloġiċi u sostenibbli

Akkademji tal-għalliema tal-Erasmus+

L-Akkademji tal-għalliema tal-Erasmus+ huma azzjoni ewlenija tal-programm Erasmus+ attwali. L-għan hu li jinħolqu sħubijiet Ewropej ta’ fornituri ta’ edukazzjoni u taħriġ tal-għalliema u li tingħata spinta lid-dimensjonijiet Ewropej u internazzjonali tal-edukazzjoni tal-għalliema fl-Ewropa.

Tlieta mill-Akkademji, li bdew fl-2022 u li se jaħdmu għal tliet snin, qed jiffukaw b’mod speċifiku fuq is-sostenibbiltà.

EduSTA se joħloq direzzjonijiet ta’ apprendiment fejn l-għalliema jistgħu jiżviluppaw u juru l-kompetenzi tal-edukazzjoni dwar is-sostenibbiltà b’badges diġitali.

Il-proġett TAP-TS se jipproduċi, jittestja u jivvalida pakketti ta’ riżorsi relatati mas-sostenibbiltà għall-iskejjel u l-edukazzjoni tal-għalliema.

CLIMADEMY qed jiffoka biex jgħin lill-għalliema jifhmu aħjar il-fatturi ewlenin tat-tibdil fil-klima, l-impatti tiegħu u l-għażliet ta’ mitigazzjoni u se joħloq network ta’ għalliema għall-edukazzjoni dwar it-tibdil fil-klima.

 

Council recommendation

EU countries adopted in 2022 a Council Recommendation on learning for the green transition and sustainable development. The recommendation calls on EU countries to:

  • provide all learners with high-quality education and training on sustainability, climate change, environmental protection and biodiversity
  • prioritise sustainability in education policies and programmes from early years to adult learning
  • invest in green infrastructure and resources
  • support educators to teach about the climate crisis and sustainability
  • support hands-on, interdisciplinary learning relevant to local contexts

The Commission supports the implementation of the recommendation through peer learning, frameworks, funding, research and community building.

Read the handbook documenting the results of the public consultation carried out to prepare the recommendation

Read the Council Recommendation on learning for the green transition and sustainable development

 

Peer learning and exchange

A dedicated working group on sustainability in school education brings together over 40 members (education ministries, NGOs and international organisations). The group publishes results and recommendations from their meetings in the form of key policy messages.

Learn more about the group and its publications

 

Building sustainability competences

The European competence framework on sustainability (or GreenComp) sets out 4 competence areas for all learners:

  • Embodying sustainability values: promoting fairness, valuing nature
  • Embracing complexity in sustainability: understanding interconnected systems, recognising long-term impacts
  • Envisioning sustainable futures: using creativity to imagine future scenarios, adapting to change, thinking critically about sustainability solutions
  • Acting for sustainability: participating in collective efforts, understanding decision making related to sustainability

The GreenComp framework is now being used in

  • national and regional policies and programmes
  • curriculum review and design
  • teacher professional development programmes

Read the GreenComp, the European competence framework on sustainability

Read case studies on the use of GreenComp across Europe

The Commission also runs a community of practice dedicated to GreenComp. It gathers people and organisations that work together to develop knowledge, skills and attitudes to live, work and act sustainably.

Read about the GreenComp community of practice

 

Funding

Erasmus+ and the European Solidarity Corps offer funding for projects related to sustainability in education and training.

In Erasmus+, priority is given to projects that are sustainable, incorporate green practices and values and promote awareness and behavioural changes.

Evaluators are trained to give due consideration to the environmental aspects of the projects and their impact on climate change.

This means that if your organisation applies for Erasmus+ funding, you will have to explain how your project contributes to sustainability and climate neutrality.

Read more about sustainability guidelines when applying for funding

 

Support for teachers

Erasmus+ teacher academies is a flagship action of the current Erasmus+ programme. The goal is to create European partnerships of teacher education and training providers and boost the European and international dimensions of teacher education in Europe.

3 of the Erasmus+ teacher academies are focusing on equipping teachers with sustainability competences:

  • EduSTA creates material for teachers to develop and demonstrate their sustainability competences with digital badges.
  • TAP-TS produces packages of resources relating to sustainability for schools and teacher education.
  • CLIMADEMYfocuses on connecting teachers and supporting them to better understand climate change drivers, impacts and mitigation options.

Looking for practical tools for your teaching? The EU Learning Corner provides teaching and learning materials on sustainability and the climate and environmental crisis for primary and secondary schools.

Last updated: