Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej

Dwar l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej

Ix-xena tal-edukazzjoni fl-Ewropa kollha qed tinbidel. Fis-Summit ta’ Gothenburg tal-2017, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea (UE) iddeskrivew viżjoni għall-edukazzjoni u l-kultura. Fil-konklużjonijiet ta’ Diċembru 2017 tiegħu, il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri tal-UE, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iressqu numru ta’ inizjattivi, fosthom:

... jissaħħu s-sħubiji strateġiċi bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-UE kollha u jiġi inkoraġġit li sal-2024 jinbtu madwar għoxrin "Università Ewropea", li jikkonsistu minn networks ta' universitajiet madwar l-UE kkaratterizzati minn approċċ minn isfel għal fuq, li se jippermettu lill-istudenti jiksbu lawrja billi jikkombinaw l-istudji f'diversi pajjiżi tal-UE u jikkontribwixxu għall-kompetittività internazzjonali tal-universitajiet Ewropej. 

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2021 dwar l-Universitajiet Ewropej tennew l-appoġġ għall-Universitajiet Ewropej biex jinkisbu 

... il-viżjoni ambizzjuża ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u Żona Ewropea tar-Riċerka innovattivi, kompetittivi globalment u attraenti, f’sinerġija sħiħa maż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja, billi jgħinu biex tingħata spinta lid-dimensjoni tal-eċċellenza tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-inklużività u l-ekwità, u jippermettu kooperazzjoni transnazzjonali bla xkiel u ambizzjuża bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa, u jispiraw it-trasformazzjoni tal-edukazzjoni għolja.

Kożviluppata minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, organizzazzjonijiet tal-istudenti, Stati Membri u l-Kummissjoni, l-Inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej twieġeb għal din is-sejħa. Filwaqt li tibni fuq il-progress matul il-fażi inizjali, l-inizjattiva issa hi parti integrali mill-programm Erasmus+ 2021-2027.

L-universitajiet Ewropej huma wkoll inizjattiva ewlenija tal-istrateġija Ewropea għall-universitajiet li tistabbilixxi l-ambizzjoni li jiġu appoġġjati 60 Università Ewropea li jinvolvu aktar minn 500 istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja sa nofs l-2024

X’inhi Università Ewropea?

European Universities are transnational alliances that will lead the way towards the universities of the future, promoting European values and identity, and revolutionising the quality and competitiveness of European higher education.

To achieve this major step forward, the initiative is offering opportunities to support diverse cooperation models for European Universities through the Erasmus+ calls for proposals.

The alliances

  • include partners from all types of higher education institution and cover a broad geographic scope across Europe
  • are based upon a co-envisioned long-term strategy focused on sustainability, excellence and European values
  • offer student-centred curricula jointly delivered across inter-university campuses, where diverse student bodies can build their own programmes and experience mobility at all levels of study
  • adopt a challenge-based approach according to which students, academics and external partners can cooperate in inter-disciplinary teams to tackle the biggest issues facing Europe today

For more information, see the factsheet on the initiative.

44 università Ewropea fl-azzjoni

Wara s-sejħa għal proposti tal-Erasmus+ tal-2022, issa għandna 44 Università Ewropea li jinvolvu madwar 340 istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja kemm fil-bliet kapitali kif ukoll fir-reġjuni remoti ta’ 31 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE, l-Iżlanda, in-Norveġja, is-Serbja u t-Turkija. 

Permezz ta’ sħubija ma’ madwar 1,300 sieħeb assoċjat li jvarjaw minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), intrapriżi, bliet, awtoritajiet lokali u reġjonali, l-Universitajiet Ewropej jistgħu jżidu b’mod sostanzjali l-kwalità u l-ambitu tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa.

Ħarsa ġenerali lejn l-44 alleanza Ewropea u l-kompożizzjoni tagħhom

L-alleanzi magħżulin taħt is-sejħa tal-Erasmus+ tal-2019 temmew il-perjodu inizjali ta’ finanzjament ta’ 3 snin tagħhom fl-2022. Dawn kienu eliġibbli biex japplikaw għas-sejħa għall-proposti tal-Erasmus+ tal-2022.

Għal aktar informazzjoni, ara l-iskedi informattivi disponibbli dwar l-Universitajiet Ewropej differenti.

Is-sejħa tal-Universitajiet Ewropej tal-Erasmus+ 2023 issa tinsab miftuħa

Biex tiġi appoġġjata t-tnedija sħiħa tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, tnediet sejħa ġdida għal proposti tal-Erasmus+ biex jiġu appoġġjati l-Universitajiet Ewropej madwar l-Ewropa b’baġit totali ta’ €384 miljun.

Skopri aktar dwar is-sejħa tal-Universitajiet Ewropej tal-2023.

Is-sejħa hi strutturata madwar żewġ suġġetti:

Tema 1: intensifikazzjoni ta’ kooperazzjoni transnazzjonali istituzzjonali profonda minn qabel

Din it-tema tas-sejħa se tipprovdi appoġġ għal alleanzi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali istituzzjonali profondi diġà eżistenti inklużi, iżda mhix limitata għal, l-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej magħżulin taħt is-sejħa għal proposti ta’ Erasmus+ tal-2020.

L-għan hu li wieħed jibni fuq il-kooperazzjoni istituzzjonali miksuba s’issa u li jkompli japprofondixxi, jintensifika u jespandi l-effettività ta’ din il-kooperazzjoni eżistenti sabiex isir progress lejn il-viżjoni fit-tul tal-“Universitajiet Ewropej”. Istituzzjonijiet ġodda tal-edukazzjoni għolja għandhom l-opportunità li jingħaqdu ma’ dawn l-alleanzi eżistenti bħala sħab sħaħ.

Tema 2: żvilupp ta’ kooperazzjoni transnazzjonali istituzzjonali profonda ġdida

Din it-tema tas-sejħa se tipprovdi appoġġ għall-applikanti li jixtiequ jistabbilixxu kooperazzjoni tranżnazzjonali istituzzjonali profonda ġdida f’alleanza ġdida tal-“Universitajiet Ewropej”.

Kif tapplika

Ara s-sejħa kompetittiva miftuħa għal proposti, għall-Universitajiet Ewropej tal-Erasmus+ tal-2023, abbażi ta’ kriterji kwalitattivi.

L-iskadenza għall-applikazzjoni hi l-31 ta’ Jannar 2023.

Issejvja d-data għas-sessjoni ta’ informazzjoni li jmiss fil-15 ta’ Novembru 2022. Ara l-aġenda u aktar dettalji dwar is-sessjoni ta’ informazzjoni.

Ara l-iskeda informattiva tal-Kummissjoni dwar l-Universitajiet Ewropej  għal aktar informazzjoni dwar l-inizjattiva.

Riżultati tas-sejħa tal-Erasmus+ tal-2022

Ir-riżultati tas-sejħa Erasmus+ tal-2022 ġew ippubblikati f’Lulju 2022. Minn 52 applikazzjoni li waslu, intgħażlu 16-il alleanza eżistenti għal finanzjament sostenibbli u ntgħażlu 4 Universitajiet Ewropew ġodda li jinvolvu 175 istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja mill-Istati Membri u pajjiżi oħrajn assoċjati mal-programm Erasmus+. Għal aktar informazzjoni, ara l-istqarrija sħiħa għall-istampa.

Riżultati tas-sejħa tal-Erasmus+ tal-2020

Ir-riżultati tas-sejħa tal-Erasmus+ tal-2020 ġew ippubblikati f’Lulju 2020. Minn 62 applikazzjoni li waslu, intgħażlu 24 alleanza ġdida tal-Universitajiet Ewropej li involvew 165 istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja minn 26 Stat Membru u pajjiżi oħrajn li qed jipparteċipaw fil-programm Erasmus+. Għal aktar informazzjoni, ara l-istqarrija sħiħa għall-istampa.

Riżultati tas-sejħa tal-Erasmus+ tal-2019

Ir-riżultati tas-sejħa tal-2019 kienu ppublikati f’Ġunju 2019. Minn 54 applikazzjoni li waslu, ġew magħżula l-ewwel 17-il alleanza ta’ Universitajiet Ewropej li jinvolvu 114-il istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja minn 24 Stat Membru. Għal aktar informazzjoni, ara l-istqarrija sħiħa għall-istampa.

Universitajiet Ewropej - spjegati mill-istudenti