Skip to main content

SELFIE

A tool to support learning in the digital age

Proċedura ta’ reġistrazzjoni

Kif nirreġistra?

Jekk jogħġbok innota li mill-21 ta’ Mejju 2024 l-aċċess għal SELFIE hu mmaniġġjat permezz tal-EU Login. L-EU Login hu s-servizz ċentrali ta’ awtentikazzjoni tal-UE.

Għalliem, mexxej tal-iskola jew membru ieħor tal-istaff tal-iskola jrid jirreġistra l-iskola tiegħek.

Studenti jew għalliema individwali ma jistgħux jirreġistraw għax ma jistgħux jużaw SELFIE f’kapaċità individwali.

Mur f’SELFIE biex tirreġistra l-iskola tiegħek jew biex tilloggja bħala koordinatur SELFIE tal-iskola.

Kif jieħdu sehem l-għalliema u l-istudenti?

Ladarba l-koordinatur tal-iskola tiegħek jistabbilixxi lil SELFIE għall-iskola tiegħek, il-links jintbagħtu lill-għalliema, lill-istudenti u lill-mexxejja tal-iskejjel bil-mistoqsijiet u d-dikjarazzjonijiet biex iwieġbu.

SELFIE jieħu bejn 20 u 40 minuta biex jimtela.

Data u privatezza

Aqra dwar id-data u l-privatezza fir-rigward ta’ SELFIE