Skip to main content
European Education Area home page European Education Area home page

European Education Area

Quality education and training for all

Riżorsi għat-tagħlim għall-għalliema u għall-edukaturi

School Education Gateway

Skopri katalgu online ta’ materjali għat-tagħlim u opportunitajiet ta' taħriġ għall-għalliema u l-partijiet ikkonċernati fl-edukazzjoni skolastika Ewropea bi 23 lingwa Ewropea.

eTwinning

Aċċessa pjattaforma kollaborattiva Ewropea għall-għalliema biex tikkomunika, tiskambja r-riżorsi, issegwi opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali u toħloq, f’kooperazzjoni ma’ oħrajn, proġetti disponibbli bi 30 lingwa. 

Rokna tat-Tagħlim

Aċċessa materjali għat-tagħlim, inkluż logħob online, biex jgħinu lill-istudenti ta’ kull grupp ta’ età jiskopru l-UE. 

Rokna tal-edukazzjoni - Eurostat

Ir-Rokna tal-edukazzjoni tipprovdi għodod u spjegazzjonijiet li jagħmlu l-istatistika aktar faċli biex tinftiehem. Din tista’ tintuża mill-għalliema li jkunu qed ifittxu materjal biex jintuża fil-klassi meta jgħallmu l-istatistika, il-ġeografija, ix-xjenza soċjali, eċċ. u mill-istudenti biex itejbu l-fehim tagħhom tal-istatistika.

SALTO-YOUTH

Esplora r-riżorsi ta’ tagħlim informali għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ.

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE)

Skopri komunità online miftuħa u multilingwi li tgħaqqad professjonisti tat-tagħlim għall-adulti mill-Ewropa kollha biex tgħin issaħħaħ il-kwalità u d-diversità tal-opportunitajiet ta’ tagħlim.

Skambju Virtwali tal-Erasmus+

Esplora opportunitajiet ta’ skambju virtwali online innovattivi għaż-żgħażagħ fl-Ewropa kollha u fin-Nofsinhar tal-Mediterran. 

Il-pjaneta tagħna, Il-futur tagħna - Iċ-Ċentru tal-Għalliema

Iċ-Ċentru tal-Għalliema fih għażla ta’ eżerċizzji fil-klassi u materjali rilevanti għall-moduli “Kawżi”, “L-Impatti” u “Soluzzjonijiet” tas-sit interattiv għall-istudenti “Il-pjaneta tagħna, il-futur tagħna”.

TAXEDU - Rokna tal-Għalliema

TAXEDU huwa proġett pilota tal-Unjoni Ewropea. L-għan tiegħu huwa li jeduka liċ-ċittadini żgħażagħ Ewropej dwar it-taxxa u kif din taffettwa ħajjithom.

Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar

Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar hi inizjattiva fil-livell lokali, appoġġjata mill-Kummissjoni Ewropea. Għandha l-għan li ġġib l-ikkowdjar, l-ipprogrammar, il-ħsieb komputazzjonali u l-litteriżmu diġitali għal kulħadd b’mod divertenti u li jinvolvi lil kulħadd (disponibbli b’29 lingwa). 

Aġenzija Spazjali Ewropea - Rokna tal-Għalliema

Il-missjoni tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) hi li ssawwar l-iżvilupp tal-kapaċità spazjali tal-Ewropa u li tiżgura li l-investiment fl-ispazju jkompli jwassal benefiċċji għaċ-ċittadini tal-Ewropa u tad-dinja. Skopri ġabra ta’ riżorsi għat-tagħlim relatat mal-ispazju.