Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali – Azzjoni 1
F’din il-paġna |
---|
Djalogu strutturat mal-pajjiżi tal-UE
Il-promozzjoni ta’ edukazzjoni diġitali aċċessibbli, ta’ kwalità għolja u inklużiva għandha tkun sforz komuni mas-soċjetà kollha. Jeħtieġ li l-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, is-settur privat u l-pubbliku, kollha kemm huma, ikunu impenjati biex jipprovdu ekosistema tal-edukazzjoni diġitali bi prestazzjoni għolja.
Għal dan l-għan, sar djalogu strutturat dwar dawn il-kwistjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE bejn l-2021 u l-2023, biex jgħin lill-Ewropa tilħaq il-miri għall-2030 fl-ambitu tal-programm ta’ politika dwar id-Deċennju Diġitali.
Id-djalogu laqqa’ lil korpi governattivi differenti u diversi partijiet ikkonċernati mis-soċjetà ċivili. Kien iggwidat minn “approċċ ta’ gvern sħiħ”, li jinvolvi kollaborazzjoni bejn il-fergħat kollha tal-gvern, inklużi:
- l-edukazzjoni u t-taħriġ
- id-diġitalizzazzjoni
- l-impjiegi u l-affarijiet soċjali
- il-finanzi u l-investiment
Għanijiet
- Il-mobilizzazzjoni tal-għodod tal-UE (fondi, programmi speċifiċi) biex jgħinu lill-pajjiżi tal-UE jagħmlu sforzi addizzjonali għar-riformi
- Kontribut għal azzjoni futura fil-livell tal-UE, b’mod partikolari inizjattivi ppjanati dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali
Attivitajiet ewlenin
- Diskussjonijiet mal-pajjiżi tal-UE fil-grupp ta’ livell għoli ta’ koordinaturi nazzjonali għall-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali
- Djalogi bilaterali mal-pajjiżi tal-UE
- Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
- Għoti ta’ kontribut għall-programm ta’ politika tad-Deċennju Diġitali u l-pjanijiet direzzjonali nazzjonali
Riżultati
- Impenn politiku akbar mill-gvernijiet tal-UE biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali
- Kondiviżjoni tal-esperjenza u tal-aħjar prattika
- Aktar sensibilizzazzjoni dwar il-fatturi ewlenin biex is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ isiru aktar diġitali u jittejbu l-ħiliet diġitali
L-attivitajiet tad-djalogu strutturat irriżultaw fl-adozzjoni tal-atti li ġejjin:
- Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-forniment tal-ħiliet diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ
- Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-fatturi abilitanti ewlenin għas-suċċess tal-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali
Kronoloġija
-
Ottubru 2021
Il-bidu tad-djalogu strutturat
-
Marzu 2023
L-għeluq tad-djalogu strutturat
-
April 2023
L-adozzjoni tal-Proposti tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar
- il-fatturi abilitanti ewlenin għas-suċċess tal-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali
- it-titjib tal-forniment tal-ħiliet diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ
-
Novembru 2023
L-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-fatturi abilitanti ewlenin għas-suċċess tal-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tippreżenta qafas modern ta’ investiment, governanza u bini tal-kapaċità għall-edukazzjoni u taħriġ diġitali.
Abbażi tar-riżultati tad-Djalogu Strutturat, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tistieden lill-pajjiżi kollha tal-UE jiżguraw aċċess universali għal edukazzjoni u taħriġ diġitali ta’ kwalità għolja.
Għanijiet
Din ir-rakkomandazzjoni għandha l-għan li tippromwovi r-riformi strutturali meħtieġa fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-pajjiżi tal-UE, abbażi ta’:
- strateġija koerenti li tindirizza b’mod speċifiku l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali
- titjib tal-feedback, permezz ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni aħjar tal-politiki rilevanti u integrazzjoni aktar rapida tar-riżultati fit-tfassil tal-politika
- approċċ ta’ gvern sħiħ għall-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali, u kooperazzjoni msaħħa fost il-partijiet ikkonċernati, inkluż mas-settur privat
- il-ħolqien u t-titjib tas-sħubijiet mal-għalliema
- l-iżgurar tal-aċċess għat-taħriġ diġitali għall-għalliema, l-edukaturi, u l-persunal kollha
- appoġġ għall-ħolqien tal-kapaċità diġitali fl-istituzzjonijiet kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ
Finanzjament
Din l-azzjoni kisbet finanzjament permezz tal-programm Erasmus+, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programm Ewropa Diġitali, l-Orizzont Ewropa.