Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Kif taħdem SELFIE for TEACHERS

SELFIE for TEACHERS hi għodda online biex tgħin lill-għalliema jeżaminaw mill-ġdid u jiksbu feedback dwar kif bħalissa qed jużaw għodod u teknoloġiji diġitali fil-ħidma tagħhom.

Kif tibda

Kwalunkwe għalliem primarju jew sekondarju, fl-Unjoni Ewropea jew barra minnha, jista’ jinkiteb.

L-ewwel se jkollok toħloq kont bl-EU Login, jekk m’għandekx wieħed. Dan hu biex tkun tista’ tissejvja t-tweġibiet u r-riżultat tiegħek fl-għodda.

Għandek bżonn kont tal-EU Login? Oħloq kont hawnhekk.

It-tweġibiet kollha huma anonimi u r-rapport personalizzat tiegħek jinqasam biss jekk tagħżel li tagħmel dan.so.

X’għandek tagħmel

Wieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet riflessivi biex tivvaluta l-fiduċja u l-esperjenza tiegħek fl-użu tat-teknoloġiji diġitali, l-għodod u r-riżorsi għat-tagħlim, il-komunikazzjoni, il-kollaborazzjoni mal-kollegi u l-appoġġ tal-ħiliet diġitali tal-istudenti.

Tista’ tagħżel l-ordni li fiha timla l-qasam tagħhom. Kull qasam jinkludi bejn 3 u 9 kompetenzi, b’total ta’ 32.

Se tirċievi rapport awtomatizzat li juri l-kapaċitajiet attwali tiegħek f’kull qasam, flimkien ma’ suġġerimenti dwar kif tista’ titjieb.

Wara li tlesti l-awtoriflessjoni tiegħek ikollok iċ-ċertifikazzjoni disponibbli. Tista’ tapplika wkoll għal badge diġitali.

What areas can your self-reflection cover?