Skip to main content
European Education Area home page European Education Area home page

European Education Area

Quality education and training for all

L-EEA fid-dinja - inizjattivi

L-Unjoni Ewropea se ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali tagħha ma’ pajjiżi u reġjuni madwar id-dinja u se tkompli tippromwovi l-Ewropa bħala sieħba għall-edukazzjoni.

Għaliex hija importanti l-kooperazzjoni internazzjonali dwar l-edukazzjoni?

Kooperazzjoni internazzjonali msaħħa dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ ma’ pajjiżi u reġjuni terzi madwar id-dinja hi essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi globali eżistenti u emerġenti. Il-kondiviżjoni tal-għarfien, tal-politika u tal-prattika f’dawn l-oqsma tgħin ukoll biex jinkisbu l-prijoritajiet ġeopolitiċi tal-Unjoni Ewropea (UE).

Il-kooperazzjoni fl-edukazzjoni saret strument importanti għall-fehim reċiproku u għall-kondiviżjoni tal-valuri Ewropej. Il-promozzjoni esterna tal-edukazzjoni Ewropea u l-approċċ transnazzjonali tal-UE għall-kooperazzjoni jgħinu biex jissawru relazzjonijiet ma’ pajjiżi u reġjuni oħrajn, biex jitħeġġeġ it-tagħlim bejn il-pari u biex jiġi attirat l-aħjar talent globali biex l-Ewropa tibqa’ ekonomikament kompetittiva.

Is-sħubijiet internazzjonali dwar l-edukazzjoni jrawmu innovazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku, bħall-iżvilupp ta’ kurrikuli, il-lawrji konġunti u l-proġetti ta’ riċerka, u joħolqu rabtiet dejjiema bejn l-organizzazzjonijiet u l-individwi. Huma jinkuraġġixxu wkoll it-tkabbir ekonomiku, il-prosperità soċjali u s-sigurtà madwar id-dinja.

X’qiegħda tagħmel l-UE?

Biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, l-Unjoni Ewropea qed tieħu l-azzjonijiet li ġejjin

  • qed tespandi d-dimensjoni internazzjonali tal-programm tal-Erasmus+ għall-2021-2027, kemm permezz ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni kif ukoll permezz tal-iskambju ta’ individwi
  • qed tippromwovi l-attrattività tal-edukazzjoni għolja Ewropea permezz tal-proġett L-Istudju fl-Ewropa
  • qed tinvolvi ruħha fi djalogi ta’ politika dwar l-edukazzjoni u temi relatati ma’ għadd ta’ pajjiżi u reġjuni madwar id-dinja.

L-UE għandha tadotta l-approċċ tat-Tim Ewropa, billi tippromwovi l-interessi Ewropej permezz tal-edukazzjoni fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali.