Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Kooperazzjoni Universitajiet u Negozji

Għalfejn għandu jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-universitajiet u n-negozji?

It-tisħiħ ta’ rabtiet eqreb bejn in-negozju u l-akkademja jista’:

  • iħeġġeġ it-trasferiment u l-qsim tal-għarfien
  • joħloq sħubijiet u opportunitajiet fit-tul
  • jimmotiva l-innovazzjoni, l-intraprenditorija u l-kreattività

Kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-universitajiet u n-negozji tista’ wkoll tgħin lill-gradwati jiksbu l-ħiliet u l-mentalità meħtieġa fis-suq tax-xogħol, kif ukoll għall-iżvilupp personali tagħhom. 

Hemm ħafna eżempji ta’ kooperazzjoni li rnexxiet bejn l-akkademja u l-industrija fl-Ewropa. Madankollu, il-forma u l-firxa ta’ din il-kooperazzjoni jvarjaw konsiderevolment bejn il-pajjiżi differenti, l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u d-dixxiplini akkademiċi. Aktar informazzjoni hi disponibbli fl-istudju tal-Kummissjoni L-istat tal-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji fl-Ewropa.

Forum Universitajiet u Negozji

Il-Forum Universitajiet u Negozji ilu jsir fi Brussell kull sentejn mill-2008 u joffri pjattaforma għan-networking, l-iskambju ta’ ideat u prattiki tajba billi jiġbor flimkien:

  • istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja
  • kumpaniji
  • assoċjazzjonijiet tan-negozju
  • awtoritajiet pubbliċi
  • dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika

Waqt il-forum il-parteċipanti jeżaminaw l-istat attwali ta’ kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji u jesploraw l-inizjattivi u l-programmi ta’ politika meħtieġa biex jappoġġjawha. 

F’kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, il-forums tematiċi huma organizzati fuq bażi regolari u jindirizzaw suġġetti ewlenin fil-livell nazzjonali u reġjonali.