Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Inizjattivi tal-lingwi Ewropej

It-Tikketta Ewropea għal-Lingwi

It-Tikketta Ewropea għal-Lingwi tingħata biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ tekniki u inizjattivi ġodda fil-qasam tal-apprendiment u t-tagħlim tal-lingwi, kif ukoll it-tisħiħ tal-għarfien interkulturali fl-Ewropa kollha. 

It-Tikketta tingħata kull sena jew kull sentejn lill-aktar proġetti innovattivi ta’ apprendiment tal-lingwi f’kull Stat Membru tal-UE u f’pajjiż terz assoċjat ma’ Erasmus+ (preċedentement imsejħin il-pajjiżi tal-programm Erasmus+).

Billi tappoġġja inizjattivi bħal dawn kemm fil-livell lokali kif ukoll f'dak nazzjonali, it-Tikketta tfittex, b'mod partikolari, li tgħolli l-istandards tat-tagħlim tal-lingwi madwar l-Ewropa kollha. 

Applikazzjoni għat-Tikketta Ewropea għal-Lingwi

It-Tikketta Ewropea għal-Lingwi tipikament tingħata mill-aġenziji nazzjonali tal-Erasmus+. Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika, jekk jogħġbok iċċekkja s-sit web tal-aġenzija nazzjonali tal-Erasmus+ f’pajjiżek.

Kull sena jew kull sentejn (skont il-pajjiż), it-Tikketta Ewropea għal-Lingwi tingħata lill-proġetti li jappoġġjaw mill-anqas waħda mit-temi Ewropej identifikati għal dik is-sena. It-temi Ewropej jistgħu jiġu kkumplementati b’temi nazzjonali.

Temi li għandek tikkunsidra meta tapplika

It-temi Ewropej għall-proġetti li japplikaw fl-2023-2024 għat-Tikketta Ewropea għal-Lingwi huma

  • l-appoġġ għal migranti li jkunu għadhom kif waslu u tfal u żgħażagħ spostati fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ apprendiment tal-lingwi
  • l-iżvilupp professjonali tal-għalliema biex jindirizzaw l-inklużjoni u d-djalogu interkulturali, b’mod partikolari dwar iż-żieda fid-diversità lingwistika fil-klassi
  • l-appoġġ għal proġetti li jindirizzaw il-minoranzi u l-lingwi reġjonali bħala mezz biex jiġu promossi l-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva
  • l-apprendiment tal-lingwi biex ikun appoggjat it-tkabbir personali tal-istudenti adulti

Temi preċedenti

It-temi tal-proġetti li japplikaw fl-2021-2022 kienu

  • it-titjib tal-apprendiment tal-lingwi permezz tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) u l-media diġitali
  • l-apprendiment tal-lingwi u l-promozzjoni tal-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva
  • l-iżvilupp professjonali tal-għalliema tal-lingwi

Skopri l-proġetti rebbieħa

Esplora dawn l-eżempji ta’ inizjattivi lingwistiċi li diġà rċevew il-premju tat-Tikketta Ewropea għal-Lingwi

  • ara l-video li jiċċelebra l-proġetti lingwistiċi innovattivi bejn l-2014 u l-2020 bħala parti mill-programm Erasmus+ u t-Tikketta Ewropea għal-Lingwi
  • aqra l-kompendju li jippreżenta t-Tikketti Ewropej għal-Lingwi mogħtijin fl-2019 madwar l-Ewropa kollha

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi

The Il-Jum Ewropew tal-Lingwi hu avveniment annwali li jsir fis-26 ta' Settembru. Joffri opportunità biex

  • jitqajjem għarfien dwar il-varjetà wiesgħa tal-lingwi fl-Ewropa
  • jippromwovi l-kultura u  d-diversità lingwistika
  • jinkoraġġixxi lin-nies ta’ kull età biex jitgħallmu l-lingwi

L-apprendiment tal-lingwi jagħmilha aktar faċli għall-kuntatti ma’ nies oħrajn, biex jinstab impjieg u biex jikbru n-negozji 

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi ġie stabbilit fl-2001 mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u minn dakinhar ’l hawn ġie ċċelebrat kull sena.

Jieħdu sehem fih ħafna lingwi u istituti kulturali, assoċjazzjonijiet, universitajiet u, b'mod partikulari, l-iskejjel. Korsijiet tal-lingwa, logħob, taħditiet, konferenzi, spettakli tar-radju u aktar isiru fl-Ewropa kollha fis-26 ta’ Settembru u għall-ħabta tiegħu.

Aktar informazzjoni dwar l-aħħar avvenimenti tinsab fis-sit web tal-Jum Ewropew għal-Lingwi tal-Kunsill tal-Ewropa.. L-uffiċċji ta’rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea jorganizzaw firxa wiesgħa ta’ avvenimenti f’kollaborazzjoni mas-sħab tagħhom fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Jum Ewropew tal-Lingwi 2021

Skopri x’qed tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tippromwovi approċċ komprensiv għat-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi

Segwina fuq il-media soċjali

Għal aktar aġġornamenti dwar l-inizjattivi lingwistiċi Ewropej, segwi 

Kontenut relatat