Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Inizjattiva tal-Kard Ewropea tal-Istudenti

Proċeduri amministrattivi online ċari u siguri u li jpoġġu l-informazzjoni fuq il-ponot tas-swaba’ tal-istudenti huma essenzjali biex tingħata spinta lill-mobbiltà tal-istudenti fl-Ewropa kollha.

L-inizjattiva tal-Kard Ewropea tal-Istudenti (ESCI) hija kruċjali għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-istudenti f’attivitajiet edukattivi u kulturali f’konformità mal-viżjoni li tinħoloq Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025.

L-ESCI hi komposta minn tliet element kostitwenti

  • Il-Kard Ewropea tal-Istudenti - it-trasformazzjoni tal-kards tal-istudenti attwali f’Kard Ewropea tal-Istudenti sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi online u mhux tal-kampus matul il-mobbiltà tagħhom
  • L-Erasmus+ App - app unika biex tgħin lill-istudenti tal-Erasmus fl-amministrazzjoni prattika kollha tagħhom – qabel, matul u wara l-programm ta’ mobbiltà tagħhom
  • Erasmus Mingħajr Dokument - soluzzjoni diġitali li tgħaqqad is-sistemi użati fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja li jippermettu l-ġestjoni tal-mobbiltajiet tal-Erasmus+ tagħhom online

L-ESCI hi pass ’il quddiem fit-tranżizzjoni lejn era diġitali u Żona Ewropea tal-Edukazzjoni vera, fejn in-norma hi li wieħed jista’ jagħmel żmien jistudja u jitgħallem barra pajjiżu, u l-eċċellenza edukattiva hi realtà għal kulħadd.