Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Linji gwida għall-għalliema biex nippromwovu l-litteriżmu diġitali u nissieltu kontra d-diżinformazzjoni

Sabiex niżguraw li niżviluppaw b’mod effettiv il-litteriżmu diġitali u nissieltu kontra d-diżinformazzjoni permezz tal-proċess tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-għalliema u l-edukaturi jeħtieġu aktar sostenn fil-forma ta’ gwida u ta’ eżempji konkreti.

Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali – Azzjoni 7

Il-qasam tal-informazzjoni diġitali huwa kumpless. L-algoritmi, il-bżieżaq tal-informazzjoni, u l-kmamar tal-eku jinfluwenzaw dak li ż-żgħażagħ jaraw online. Fl-istess ħin, id-diżinformazzjoni u l-kontenut dannuż qed jikbru u jaffettwaw id-demokraziji tagħna u l-benesseri tal-individwi.

Għalhekk, l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom rwol ewlieni biex ngħinu lill-istudenti jiżviluppaw il-litteriżmu diġitali.

Il-linji gwida: appoġġ prattiku għat-tagħlim

Il-Kummissjoni ppubblikat il-linji gwida għall-ewwel darba fl-2022. 

Dawn tfasslu għall-għalliema li jaħdmu fil-livelli tal-edukazzjoni primarja u sekondarja, bi ftit jew l-ebda esperjenza preċedenti fir-rigward tal-litteriżmu diġitali jew tad-diżinformazzjoni.

Jipprovdu appoġġ prattiku li tista’ tapplikah għat-tagħlim ta’ kuljum:

  • Pariri prattiċi biex jiġi vvalutat il-litteriżmu diġitali
  • Glossarju u pjanijiet ta’ lezzjonijiet dwar il-ħsieb kritiku, il-bullying ċibernetiku, u l-IA ġenerattiva
  • Għarfien dwar il-pedagoġija diġitali u d-dimensjonijiet tad-diżinformazzjoni
  • Pariri dwar id-diskussjoni dwar kontenut qarrieqi u kwistjonijiet kontroversjali.

X’joffri l-aġġornament

Il-verżjoni aġġornata (2026) tirrifletti l-aħħar żviluppi fix-xenarju diġitali. Tinkludi taqsimiet ġodda dwar:

  • l-IA ġenerattiva u r-rabta tagħha mad-diżinformazzjoni
  • l-użu tal-midja soċjali u l-irwol tal-influwenzaturi
  • il-konfutazzjoni antiċipata (it-tħejjija tal-istudenti biex jagħrfu l-manipulazzjoni qabel ma jiġu esposti għaliha)
  • pjanijiet elaborati tal-lezzjonijiet u glossarju aġġornat
  • rakkomandazzjonijiet għal min imexxi l-iskejjel u għal dawk li jfasslu l-politika

L-irwol tal-linji gwida fil-klassi tiegħek

Il-linji gwida se jgħinuk:

  • tifhem aħjar id-diżinformazzjoni, inklużi l-aħħar żviluppi marbutin magħha, u kif din tista’ tiġi indirizzata fil-klassi
  • torjenta ruħek fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-kunċetti ewlenin u aġġornati fil-qasam tal-litteriżmu diġitali u d-diżinformazzjoni
  • tiżviluppa l-litteriżmu diġitali fil-klassi tiegħek u tgħin lill-istudenti jsiru ċittadini diġitali
  • tikseb ispirazzjoni dwar kif tivvaluta lill-istudenti fil-qasam u tevalwa l-inizjattivi dwar il-litteriżmu diġitali fl-iskola tiegħek

Taħseb li kapaċi tidentifika d-diżinformazzjoni? 

Ara u sir af kif il-linji gwida jistgħu jgħinuk tipproteġi l-klassi tiegħek.

Għaliex il-linji gwida huma importanti

Studji Ewropej reċenti juru lakuni ċari fil-ħiliet diġitali taż-żgħażagħ — u aspettattivi qawwijin biex is-sistemi edukattivi jaġixxu.

Il-ħiliet diġitali fost l-istudenti

  • Fost dawk li għandhom 14-il sena, 43% ma jilħqux il-livell bażiku tal-ħiliet diġitali (ICILS, 2023)

Esponiment għal informazzjoni online

L-aspettattivi tal-pubbliku

Skont l-Ewrobarometru Flash tal-2025:

  • 8 minn kull 10 persuni jaqblu li l-ħiliet diġitali u l-litteriżmu diġitali jgħinu biex ikunu protetti mid-diżinformazzjoni online
  • 9 minn kull 10 persuni jemmnu li l-għalliema jeħtieġu l-ħiliet biex jgħinu lill-istudenti jagħrfu d-diżinformazzjoni

Il-ħiliet essenzjali għal-litteriżmu diġitali

Il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali identifikat tliet kompetenzi essenzjali:

  • l-identifikazzjoni tal-fatti mill-informazzjoni falza jew qarrieqa
  • l-immaniġġjar tal-eċċess tal-informazzjoni
  • li nkunu nafu norjentaw ruħna online mingħajr periklu

Kalendarju

  • 2022 — l-ewwel pubblikazzjoni tal-linji gwida

    L-ewwel verżjoni ġiet ippubblikata flimkien ma’ rapport finali, żviluppat mill-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni u l-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ

  • 2026 — il-verżjoni aġġornata tal-linji gwida

    L-aġġornament tħejja minn grupp ta’ ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Edukazzjoni Diġitali

Il-finanzjament

Din l-azzjoni tirċievi finanzjament permezz tal-programm Erasmus+.

Last updated: