Skip to main content

European Education Area

Quality education and training for all

Dwar ir-riżorsi u l-għodod

L-UE tiġbor ammonti sostanzjali ta’ informazzjoni rilevanti għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-iżvilupp professjonali mill-Istati Membri kollha. Il-qsim ta’ dan l-għarfien u l-provvista tar-riżorsi meħtieġa għall-individwi li jieħdu dak l-ewwel pass jew il-pass li jmiss lejn l-edukazzjoni huwa kruċjali.

Mingħajr finanzjament, l-individwi spiss isibu ruħhom f’qagħda li ma jistgħux jipproċedu lejn l-miri edukattivi tagħhom. Għalhekk, l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-finanzjament huwa essenzjali għal studenti prospettivi u li qed ikomplu l-istudji tagħhom. 

Din il-paġna tipprovdi għażla ta’ għodod u riżorsi li jappoġġjaw ħafna mill-programmi edukattivi li għandha x’toffri l-UE. Permezz ta’ dan is-sit web jista’ jkun hemm ukoll aċċess għal dokumenti komprensivi li jappoġġjaw il-politiki tal-edukazzjoni tal-UE, inklużi rekords ta’ riċerka u statistika.